VRT kull sena għal vetturi b’160,000 kilometru

Il-baġit 2016 fih ukoll 26 inizjattiva u 11 -il miżura ambjentali. Dawn jinkludu vot ta’ €8 miljun għall-Awtorita’ ġdida għall-Ambjent u r-Riżorsi.

Ħafna mill-miżuri ambjentali huma kontra t-tniġġis fl-arja. Se jkun hemm bidla fit-test tal-VRT. Sidien ta’ karozzi u vannijiet tax-xogħol b’kilometraġġ ta’ iktar minn 160,000 iridu jibdew jagħmlu l-VRT kull sena u mhux kull sentejn.

Il-Gvern ħabbar li se jistalla cameras apposta biex jikkontrolla aħjar min isuq il-karozza mingħajr il-liċenzja mħallsa u l-vetturi fil-pajjiż, bi pjanċi barranin.

125ccIl-baġit jinċentiva l-użu tal-muturi b’magni żgħar. Il-Ministru tal-Finanzi qal li kull min għandu il-liċenzja B jista’ jsuq ukoll muturi b’makna inqas minn 125cc li l-liċenzja tagħhom se torħos għal €5.

Miżuri fis-seħħ li se jkomplu huma: l-iskemi għall-skrappjar ta’ vetturi biex jinxtraw oħrajn ġodda u l-għotja finanzjarja għal min irid jibdel il-makna tal-karozza biex taħdem bl-autogas.

B’fond ta’ €200,000, il-Gvern se jagħti għotjiet li jvarjaw bejn €707,000 biex jew jinbidlu l-makni tal-vetturi kummerċjali għal ewro 5 jew 6, jew inkella jinxtraw vetturi elettriċi u hybrid. Il-gvern se jgħin importaturi tal-karozzi biex jinvestu fl-apparat meħtieġ għall-vetturi elettriċi u anke f’iktar charging points madwar il-pajjiż.

plastik_flixkenDwar l-immaniġġjar tal-iskart, il-Gvern qal li s-sena d-dieħla irid ifassal sistema kif jibdew jinġabru aħjar il-flixken tal-plastic vojta. Il-Gvern se janalizza l-impjanti għall-iskart goff għandhomx jiġu operati mill-privat. Qal ukoll li se jneħħi l-eko-kontribuzzjoni fuq iktar prodotti ħalli tiġi implimentata iktar id-direttiva tal-iskart elettroniku u elettriku.

Bħala tisbiħ u riġenerazzjoni, il-Ministru tal-Finanzi ħabbar li s-sena d-dieħla Xatt is-Sajjieda f’Marsaxlokk se jinbidel kollu f’żona pedonali. Intqal se jibda x-xogħol biex ikun żviluppat park ġdid fin-nofsinhar ta’ Malta li jibda mill-post magħruf bħala l-Għassa tal-Munxar u tul il-kosta bejn il-Ponta taż-Żonqor f’Wied il-Għajn u l-Blata l-Bajda fix-Xgħajra.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia llum bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ John Paul Woods li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-katavru tagħha. Ir-raġel kien wieġeb…

Sajd

Kważi sena u nofs minn maltempata qawwija li ħalliet ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-gvern ħabbar li qed jalloka miljun ewro għal skema ta’ kumpens finanzjarju lil sajjieda li l-bastimenti tagħhom…

Qorti

Raġel ta’ 50 sena qed ikun akkużat, fost oħrajn, li stupra lis-sieħba ripetutament u li ħa xbiehat ta’ natura sesswali tagħha bil-ħsieb li jheddidha bihom. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Ir-raġel tressaq…

Kronaka

Raġel ta’ 51 sena li jgħix is-Siġġiewi qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident fi Triq il-Katakombi għall-ħabta tal-10.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Aktar