Qorti
Waddab ċilindru tal-gass għal isfel għax ma sabx il-mara d-dar

Raġel li saħnitlu rasu fuq kwistjoni familjari spiċċa quddiem il-Qorti akkużat li għamel ħsara fuq vettura u ħanut f’San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ f’Awwissu tas-sena l-oħra, meta Vasilica Tiberiu Ciubotaru, li kien xurban, wasal id-dar u ma sabx lil martu u lil binhom.

F’dagħdigħa, huwa beda jsejjaħ għall-pulizija, waqt li jwaddab oġġetti ‘l barra mill-appartament, fosthom ċilindru tal-gass, żiemel tal-ħwejjeġ, u pala u xkupa. Konsegwenza ta’ hekk għamel ħsara lill-ħanut ta’ taħtu, kif ukoll lill-Land Rover ta’ sid il-ħanut.

Fil-Qorti ntqal li Ciubotaru mill-ewwel kien wera rimors għal għemilu, u offra li jħallas għad-danni. Madanakollu, meta sid il-ħanut talbu kważi €7,000,  Ciubotaru m’aċċettax li jħallashom għax ħass li kienu wisq.

Wara li ġiet ippreżentata l-evidenza fil-Qorti, l-ispejjeż reali kienu jammontaw għal €3,460, b’Ciubotaru din id-darba jaċċetta li jħallashom.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, irrimarkat li ma’ dan ir-reat hemm marbuta piena ta’ ħabs, iżda meta qieset iċ-ċirkostanzi kollha, fosthom li l-akkużat qatt ma nstab ħati ta’ reati oħra, ħelsitu bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi tliet snin.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Kronaka

Uffiċjal tas-sigurtà sofra xi ġrieħi waqt attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fil-ħanut tal-Eurosport fi Triq Salvu Psaila. Huwa mifhum li l-uffiċjal tas-sigurtà, raġel ta’ 46…

Qorti

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li kien akkużat b’moħqrija tal-annimali. Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija ssejħu fuq rapport ta’ mara li qalet li binha qed ikun aggressiv. Meta…

Aktar