Waħħal 88 smart meter imbagħbas

Ħaddiem tal-Korporazzjoni Enemalta installa 88 smart meter li kienu mbagħabsa.

Fil-Qorti dalgħodu, Alan Chetcuti  uffiċjal tal-Enemalta qal li dawn l-ismart meters ġew installati minn Richard Gauci. Permezz ta’ dawn l-ismart meters il-konsumaturi kienu jiffrankaw bejn 30 u 80% tal-konsum reali tagħhom.

Fil-Qorti ngħad ukoll li min kien ikollu wieħed minn dawn l-arloġġi tad-dawl kellu jħallas €500 u b’hekk is-somma ammontat għal aktar minn €44,000.

Fix-xhieda tiegħu, Chetcuti ma setax jgħid jekk il-flus ħadhomx Gauci għax seta’ jagħti l-każ li l-flus inqassmu bejn dawk involuti f’dan l-iskandlu li sewa lill-pajjiżna miljuni kbar ta’ ewro.

Intant, Richard Gauci u oħtu ilmentaw mal-Qorti għax allegaw li mhux qed jingħata l-kura kif suppost waqt li qiegħed fis-sezzjoni forensika tal-Isptar Monte Carmeli.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar