Lokali
Walter Micallef jesponi l-mużika tiegħu f’Berlin

Berlin iċċelebra Jum Malta fl-Ambaxxata Maltija taħt il-patroċinju tal-Ambaxxatur Malti għall-Ġermanja Dr Albert Friggieri.

Għas-serata, li saret nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Settembru, il-kantawtur Walter Micallef interpreta 10 kanzunetti minn tiegħu bil-Malti.

L-udjenza setgħet issegwi b’attenzjoni t-traduzzjonijiet bil-Ġermaniz il-lirika.

Is-serata, li għaliha attendew aktar minn mitt ruħ fetħet b’filmat qasir fuq il-Belt Valletta. Matulha kien hemm diskors mill-Ambaxxatur u wara ntwera messaġġ mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela.

Dan il-kunċert fl-okkażjoni ta’ Jum Malta ittella’ mill-Ambaxxata Maltija fil-Ġermanja flimkien mal-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu li  hi mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti permezz tal-ftehim “Cultural Partnership Agreement”.