Lokali
Waqt li ommi kienet qed tiġi operata sirna nafu li anke oħti kellha kanċer f’sidirha

Fredrick Attard stqarr li m’għandux kliem biex jirringrazzja lid-donaturi tad-demm li bil-ġest tagħhom jistgħu jsalvaw lil ommu u lil oħtu li jeħtiġilhom trasfużjoni tad-demm bħala parti mill-kura kontra l-kanċer tas-sider li ħarġilhom f’Diċembru li għadda. Is-Sur Attard kien mal-kollegi tiegħu fil-Ministeru tas-Saħħa li taw id-demm f’inizjattiva tal-għoti tad-demm mill-ħaddiema tal-ministeru.

Ix-xahar li għadda, il-familja ta’ Fredrick Attard kellha bħal sajjetta fil-bnazzi li ħarbtitilhom il-festi tal-Milied.

Omm Fredrick, Gessie, reġa’ ħarġilha l-kanċer tas-sider wara tmien snin.

Fredrick qal “ser jitneħħielha sidirha kollu, iż-żewġ naħiet, jiġifieri jista’ jkun li tingħata trasfużjoni tad-demm.”

ll-familja Attard inqalalha iżjed gwaj bil-mard.

Fredrick qal “dakinhar stess li ommi kienet qed tiġi operata biex jitneħħielha t-tumur minn sidirha skoprejna wkoll li oħti ta’ 52 sena wkoll kellha l-breast cancer”.

Fredrick irrakonta dawn l-esperjenzi personali meta kien mal-kollegi tiegħu li jaħdmu fil-Ministeru tas-Saħħa li marru jagħtu donazzjoni d-demm fiċ-ċentru tat-trasfuzzjoni tad-demm fi G’Mangia.

Fredrick qal “ħassejtni obbligat biex flimkien mal-kollegi tiegħi nuru l-appoġġ u s-sostenn tiegħi għal din l-inizjattiva li qed tittieħed mill-Ministeru tas-Saħħa biex inħeġġu lin-nies jagħtu wkoll id-demm għax qatt ma taf meta se jkollok bżonnu.”

Kif jgħidu l-kelma tqanqal u l-eżempju jkaxkar. Din kienet okkażjoni li fiha Carmen Sammut tat id-demm għall-ewwel darba.

Carmen qalet “li rajt l-istorja ta’ Fredrick mingħajr ma trid tibda titħajjar biex tagħmel xi ħaġa u min-naħa l-oħra meta rajt li se nkunu grupp flimkien hemm daqsxejn appoġġ tagħmel iżjed kuraġġ u fl-aħħar mill-aħħar il-biża’ kienet għalxejn; ġejna hawnhekk u bilkemm tinduna li għaddiet il-biċċa xogħol”.

Għal Terrance Ellul din kienet is-sitt darba li ta d-demm u ser jibqa’ jagħmel dan sakemm ittih saħħtu.

Terrance Ellul qal “darba kull tliet xhur, issib dik in-nofs siegħa; siegħa biex tiġi tgħin lil ħaddieħor.”

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħeġġeġ ħaddiema f’entitajiet u dipartimenti oħra biex huma wkoll jagħtu d-demm. Qal l-ħaddiema tal-Minsiteru laqgħu din l-istedina u poġġew fil-prattika l-prinċipju tas-solidarjetà.

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

L-Air Malta se tibda topera servizz skedat ta’ darbtejn fil-ġimgħa kull nhar ta’ Tlieta u kull nhar ta’ Ġimgħa lejn il-gżira Balearika ta’ Ibiza, li hija magħrufa l-aktar għan-nightlife tagħha….

Unjoni Ewropea

Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin iħossu li l-pajjiż ibbenefika mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Stħarriġ tal-Ewrobarometru tar-Rebbiegħa li sar mill-Parlament Ewropew li sar bejn Frar u Marzu juri li 91% tal-Maltin wieġbu li Malta…

Saħħa

Espert kliniku mill-NHS Ingliża beda jara l-pazjenti bl-ADHD u jiddiskuti ma’ konsulenti mediċi lokali bil-għan li jagħti pariri lid-Dipartiment tas-Saħħa dwar mediċini tal-ADHD. Tliet ijiem ilu d-Deputat Prim Ministru u…

Stejjer Umani

Mara li kienet toqgħod f’wieħed mill-appartamenti li ġġarrfu fi Gwardamangia rnexxielha ssalva minn traġedja u salvat ukoll il-ħajja ta’ residenti li joqogħdu fl-istess blokka. Missierha, Lawrence Gauci, kiteb fuq is-siti…

Aktar