Immigrazzjoni
Il-President b’taħditiet f’Ruma waqt kwistjoni bejn Malta u l-Italja fuq l-immigranti

Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Italja ġew diskussi fl-ogħla livell f’taħditiet f’Ruma bejn il-President George Vella u l-President Sergio Mattarella propju fl-istess ħin li fuq il-baħar kienet għaddejja kwistjoni oħra bejn iż-żewġ pajjiżi dwar l-immigranti.

Il-President Vella saħaq li ż-żewġ pajjiżi m’għandhomx jinħlew f’batibekki bejniethom.

Ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Italja bdew dakinhar li Malta kisbet l-indipendenza fil-21 ta’ Settembru tal-1964. Fit-tielet jum taż-żjara tiegħu f’Ruma, il-President George Vella kellu laqgħa mal-President Taljan Sergio Mattarella fil-Palazz Il Quirinale.

Fl-ewwel laqgħa tal-President George Vella mal-President Taljan Sergio Mattarella, ġew diskussi temi komuni għaż-żewġ pajjiżi. Ewlenin fost dawn, l-immigrazzjoni, is-sitwazzjoni fl-Afrika u fil-Libja u l-għaqda li hemm bżonn fl-Unjoni Ewropea. F’kummenti wara l-laqgħa, li għaliha kien hemm preżenti l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan Luigi di Maio, il-President Vella insista li hemm ħafna aktar x’jgħaqqad liż-żewġ pajjiżi.

”Hemm bżonn li dawn il-pajjiżi ġirien ma ninħlewx fil-battibekki però ningħaqdu flimkien ħalli lill-pajjiżi Ewropej nuruhom għaqda u anke nimbuttawhom biex nieħdu deċiżjonijiet fl-interess tal-pajjiżi tan-naħa t’isfel tal-Ewropa, fil-Mediterran.”

Fid-dawl tal-aħħar kwistjoni bejn Malta u l-Italja dwar grupp ta’ 90 immigrant, TVM staqsa lill-President Vella jekk din ġietx diskussa fil-laqgħa mal-President Mattarella.

”Għal darb’oħra ġejna affaċċjati bi problema ad hoc ta’ numru ta’ nies li wieħed irid jiddeċiedi x’se jagħmel bihom. Waqt li konna deħlin infurmawna li ġie riżolt, kien hemm numru ta’ pajjiżi li qablu li dawn in-nies iniżżluhom l-art u anke jqassmuhom bejniethom. Rigward il-preżenza ta’ di Maio, iva kien hemm il-Foreign Minister il-ġdid u stedinnih biex l-ewwel ċans li jkollu biex jiġi Malta jkollu diskussjonijiet mal-counterpart tiegħu, bħalma stedinna l-Ministri l-oħra kollha tal-Gvern Taljan biex kull ċans li jkollhom jiġu.”

Il-President Vella qal li trid issir ħidma għal soluzzjoni permanenti kif wieħed iqassam lil dawn l-immigranti li jitfaċċaw fuq ix-xtut tagħna.

Matul din iż-żjara l-President Vella qed ikun akkumpanjat mill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo u mal-Ambaxxatur ta’ Malta għal Ruma Vanessa Frazier.

Ara wkoll:

Il-Guardia Costiera m’għandhiex permess iddaħħal 90 immigrant f’Malta

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, qal li l-membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ma setgħux jagħmlu mistoqsijiet dwar il-kuntratt mogħti mill-Awtorità tat-Turiżmu lid-Deputat Laburista Konrad Mizzi, qabel ma l-kontijiet awditjati tal-istess awtorità…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa, Chris Fearne, ta rendikont tal-ħidma prekawzjonali li ttieħdet mill-awtoritajiet tas-saħħa kontra l-Coronavirus, waqt li tenna li s’issa Malta m’għandha l-ebda każ ta’ Covid-19. Il-Ministru…

Politika

L-Unjoni Ewropea qablet li torganizza missjoni militari mill-baħar u mill-ajru fil-lvant tal-Mediterran fi sforz biex twaqqaf it-traffikar tal-armi bejn ġellieda u milizji rivali fil-Libja. Dan ser isir biex ma jkomplix…

Edukazzjoni

Il-Malta Trust Foundation, li twaqqfet mill-President Emeritu Marie Louise Coliera Preca, ser testendi s-servizz tal-counselling fl-iskejjel fl-iskola medja ta’ Maria Reġina fin-Naxxar, bħala parti mill-proġett Blossom. Il-fondazzjoni kisbet finanzjament ta’…

Aktar