Annimali
Wara 15-il sena flimkien ħadd ma xtaq jifridhom, iżda…

Spokey u Africa huma żewġt iżwiemel li ilhom flimkien għal 15-il sena, iżda dan l-aħħar kellhom ifittxu dar oħra.

Il-membri tal-għaqda Rehome a Horse Malta, li kienu qed ifittxu dar għal dawn iż-żwiemel, ma felħux jifirduhom,  iżda ħadd ma kien lest jeħodhom it-tnejn flimkien.

Spokey huwa ferut u għandu 21 sena, waqt li Africa, il-pony, għandu 16-il sena. Sidhom ma jistax jieħu ħsiebhom iktar minħabba nuqqas ta’ spazju.

Sfortuna għall-familja fir-Renju Unit, li għadu kif mitilhom żiemel anzjan, fissret opportunità għal dawn iż-żewġt iżwiemel f’Malta, hekk kif din il-familja aċċettat li teħodhom it-tnejn.

Iżda issa li Spokey u Africa sabu familja lesta li tilqahom, għandhom bżonn il-fondi għat-trasport.

L-għaqda qed tappella għall-għajnuna biex tippermetti lil Spokey u Africa jgħixu l-aħħar snin ta’ ħajjithom f’għelieqi mimlija ħdura.

Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-paġna ta’ RAHM fuq Facebook.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Mat-twaqqif tad-Dar tal-Kleru – residenza għal saċerdoti anzjani jew morda – twaqqfet ukoll il-komunità tas-Sorijiet imsejħa”Qaddejja taċ-Ċenaklu” li ilhom ħamsa u ħamsin sena jiddedikaw ħajjithom għas-saċerdoti f’din id-dar. TVM żar…

Lokali

Tibda l-ġimgħa li twassal biex jitla’ s-siparju fuq waħda mill-eqdem ċelebrazzjonijiet f’Malta . . . il-Karnival. Il-karru ewlieni, li juri r-Re tal-Karnival, ser ikun sar mill-istess idejn li ħadmu fuq…

Lokali

“Sunrise” – a socio contemporary comedy and monologue has opened. Humorous at times, this production is being staged at a theatre in Valletta. Described by The Guardian UK as an…

Lokali

Għoxrin sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività qed jiġu ċċelebrati b’diversi proġetti fl-Ispazju Kreattiv il-Belt kif ukoll bi pjani biex ikompli jissaħħaħ il-qasam tal-kreattività. Matul din is-sena qed jitfakkar l-20 sena mit-twaqqif…

Aktar