Barranin
Wara Black Friday, illum Cyber Monday – x’tista’ tixtri bi skont illum?

Cyber Monday jiġi t-Tnejn wara Black Friday.  Hija drawwa li oriġinat mill-Istati Uniti li nħolqot biex tinkoraġixxi lin-nies biex jixtru bi skont permezz tal-internet.

Il-kelma Cyber Monday ġiet ivvintata minn Ellen Davis u Scott Silverman u bdiet tintuża l-ewwel darba fit-28 ta’ Novembru tal-2005 fi stqarrija maħruġa minn shop.org.

Maż-żmien dan il-jum kiber fil-popolarità tant li sar l-iktar wieħed bieżel fil-bejgħ bl-internet.  Għaldaqstant huma bosta l-ħwienet li bdew joffru l-iskonti tal-prodotti u s-servizzi tagħhom f’dan il-jum, b’mod partikolari dawk li jbiegħu tagħmir elettroniku u teknoloġiku.

Is-sena li għaddiet, il-bejgħ f’Cyber Monday fl-Istati Uniti kiber għal rekord ta’ $6.59 biljun meta mqabbel maż-$2.98 biljun fl-2015.

Anke fl-Ewropa, din id-drawwa qed tidħol sew, tant li anke f’Malta sar hawn stennija kbira għal min iħobb jixtri minn fuq l-internet.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 49 sena residenti l-Gżira nħeles mill-arrest wara li darab ħafif lis-sieħba tiegħu li jgħixu flimkien. Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, il-vittma qalet li tixtieq li jibqgħu jgħixu flimkien u…

Qorti

Liam Debono nżamm arrestat wara li mill-ġdid sab ruħu l-Qorti b’rabta mal-arrest li seħħ ilbieraħ wara li nqabad isuq mingħajr liċenzja. Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, Debono ġie akkużat li lbieraħ…

Lokali

Malta u Għawdex illum qed jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Il-postijiet tal-votazzjoni fetħu fis-7am u se jagħlqu fl-10pm TVM qed idur diversi lokalitajiet fosthom għall-ħabta tal-10am kien jinsab…

Aktar