Renju Unit
Wara BREXIT il-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit iridu japplikkaw għal dokument ġdid ta’ residenza

Meta r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, fosthom il-Maltin, li ilhom jgħixu fir-Renju Unit għal tal-inqas ħames snin se jkunu intitolati għal dokument ġdid ta’ residenza msejjaħ settled status. Kwazi erba’ miljun ċittadin ewropew fir-Renju Unit mistennija japplika għal dan l-istatus.

Fir-Renju Unit jgħixu mal-81,000 Malti u Maltija fosthom madwar 50,000 ta’ dixxendenza Maltija. Bħall-bqija taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jgħixu, jaħdmu jew jistudjaw fir-Renju Unit, il-Maltin u l-qraba tagħhom jistgħu jibgħqu għaddejjin b’ħajjithom hemmhekk wara BREXIT. Iżda jekk m’għandhomx passaport jew ċittadianza Ingliża jeħtieġ japplikkaw għal dokument ġdid ta’ residenza – li qed jissejjaħ Settled Status jew Pre Settled Status.

Iċ-ċittadini Ewropej li ilhom jgħixu fir-Renju Unit għal tal-inqas ħames snin kontinwi se jkunu intitolati għas-Settled Status. Il-Pre Settled Status japplika għal min jkun ilu joqgħod fir-Renju Unit għal inqas minn ħames snin.

Il-Gvern Malti qed iħeġġeġ lill-Maltin tal-Ingilterra biex japplikaw għal dan id-dokument ġdid ta’ residenza. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela spjega li l-iskema ta’ Settles Status mistennija tiftaħ għall-ħabta ta’ Novembru.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela qal “għadhom ma ħarġux id-dettalji propja. Li hu żgur li sal-aħħar ta’ Marzu tas-sena d-dieħla jiġifieri mhux se jispiċċaw u jkollhom jitilqu imma jkun hemm perjodu ta’ transazzjoni li huwa perjodu anke ta’ sentejn fejn wieħed ikun jista’ f’dak il-perjodu jirranġa l-istatus tiegħu jew tagħha jekk ikun meħtieġ.”

L-applikazzjonijiet għal dan l-istatus ġdid ser jintlaqgħu sal-aħħar ta’ Ġunju 2021. B’dan l-istatus ċittadini Ewropej fir-Renju Unit mhu se jitilfu xejn mill-benefiċċji li jgawdu bħalissa.

“Il-ħsieb huwa li iva jibqgħu jgawdu, jiġifieri jekk persuna qed taħdem hemmhekk ġaladarba tkun ssettiljat l-istatus tagħha permezz tal-proċedura li tiġi stabbilita, il-ħsieb huwa li dawn jibqgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom li qed igawdu llum” qal il-Ministru Abela.

Il-Gvern Malti qed iħeġġeġ lill-Maltin biex jaħsbu għal dan id-dokument billi jirreġistraw mas-sit tal-Home Office tar-Renju Unit bil-għan li jkunu aġġornati dwar l-aħħar żviluppi f’ dan ir-rigward.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Tfajla ta’ 24 sena bil-kundizzjoni Bi-Polar qalet li minn ħajja solitarja u dipressiva, illum qed tgħix ħajja feliċi grazzi għal mara li qed tiddedika ħajjitha għal żgħażagħ b’diżabiltà. Fiona Ellul…

Lokali

Fis-sajf li ġej, grupp ta’ ċiklisti mil-LifeCycle ser jaqdfu elfejn kilometru fi tliet pajjiżi fl-Ażja biex ikomplu jinġabru fondi għar-riċerka fuq il-mard tal-kliewi u biex tkun iffinanzjata għajnuna psikoloġika għall-pazjenti…

Kultura

Fil-Mużew Marittimu fil-Birgu se jkun hemm esebizzjoni li tiċċelebra l-legat tal-esploratur marittimu, Jacques Cousteau, u l-konnessjoni tiegħu ma’ Malta permezz tal-vapur ‘Calypso’, li wara li baħħar bi vjaġġi bejn Malta…

Sport

Kumpanija Maltija li bbenefikat mill-programm nazzjonali ta’ Riċerka u Innovazzjoni, Fusion, bdiet tipproduċi sistemi ta’ dawl LED biex jintużaw f’kumplessi sportivi. F’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, il-kumpanija Altern bdiet tinstalla sistema ta’…

Aktar