Lokali
Wara disa’ ġimgħat ġewwa jitlob li jkun jista’ jerġa’ jitla’ fuq il-palk

L-attur Mario Micallef li waqt Covid 19 wassal messaġġ b’saħħtu biex l-anzjani jibqgħu d-dar, qalilna li jħossu qisu twieled mill-ġdid, il-fatt li wara tlett xhur reġa’ qed jara l-arja ta’ barra hekk kif minn għada jintemm l-avviż legali li kien jistipula biex l-anzjani u l-vulnerabbli ma joħorġux barra. Mario qalilna li qed jittama li jerġa’ jkollu ċ-ċans jitla’ fuq il-palk tat-teatru li tant iħobb. Crew ta’ TVM tkellem ma’ anzjani li jinsabu ħerqana biex jibdew igawdu l-ħajja mill-ġdid.

L-attur Mario Micallef sar wiċċ sinonimu mal-kampanja edukattiva tal-Covid 19, bil-messaġġ li fih ħeġġeġ lill-anzjani jibqgħu d-dar. Is-sur Micallef qal li iħossu sodisfatt li kien parti minn din il-kampanja.

“Ili 9 ġimgħat ġewwa, nħossuna kuntenti li wara dak is-sagrifiċċji li kien importanti, issa ngawdu, imma mhux kif konna qabel, irridu nieħdu l-prekawzjonijiet.”

Mario Micallef li huwa attur maħbub, qalilna li issa qed jittama li jasal ukoll il-mument li jkun jista’ jitla’ fuq il-palk li huwa parti minn ħajtu. L-anzjani jidhru li kienu fuq x-xwieki biex jixirfu mid-djar saħansitra lejliet li jiġi rtirat l-avviż legali li bih kienu mħeġġa ma joħorġux jekk mhux għal qadjiet urġenti. Fil-pjazez sibna anzjani li xirfu mill-għatba l barra, b’uħud minnhom qalu li qed iħossuhom jieħdu r-ruħ.

Anzjana li ilha sittin sena taħdem fil-ħanut tal-familja f’Bormla stqarret li kuntenta li l-ħajja qed terġa’ lura għan-normalità ġdida.

“Ix-xogħol u tagħmilha man-nies iżommok żagħżugħa, tidher quddiem in-nies tajjeb, tħossok tajba.”

Skont il-parir tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, filwaqt li l-anzjani u vulnerabbli jistgħu joħorġu anki għax-xogħol, appellat biex xorta jagħmlu dan b’kawtela, b’żamma ta’ distanza soċjali, ilbies ta’ maskri jew visors u ħasil tal-idejn spiss biex din in-normalità ġdida tibqa’ titgawda.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Heritage Malta qed tħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, is-sit ta’ Ħaġar Qim se jkun magħluq għall-pubbliku minħabba tiswijiet li jeħtieġ isiru fuq…

COVID-19

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, qed jippubblika l-COVID-19 Transition Guidelines għall-produzzjonijiet artistiċi li se jiġu organizzati f’teatri pubbliċi u privati, kemm fuq ġewwa u…

Kronaka

Mara mill-Italja ta’ 25 sena residenti n-Naxxar, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq Sant’ Andrija, fis-Swieqi. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta…

Saħħa

Fil-preżent f’Malta hawn madwar 220 pazjent b’mard fil-kliewi u li jieħdu trattament ta’ haemodialysis b’mod regolari mill-Isptar Mater Dei. Biex il-magni tal-haemodialysis ikunu jistgħu jaħdmu jkollhom bżonn ilma purifikat. Għal dan l-għan fir-Renal…

Aktar