Knisja Maltija
Wara l-arrest ta’ żewġ qassisin, il-Knisja tħeġġeġ lil kull min jaf b’abbuż biex jitkellem

Hekk kif iktar kmieni llejla il-Pulizija ħabbret li arrestat żewġ qassisin Għawdxin fuq allegat stupru ta’ abbati minuri, is-Safeguarding Commission fi ħdan il-Knisja kkonfermat li kienet hi li għaddiet il-każ lill-Pulizija, wara tagħrif li rċeviet.

Fi stqarrija l-Kummissjoni tal-Knisja ħeġġet lil kull min jaf b’xi allegat każ ta’ abbuż biex jirrapporta direttament lill-Pulizija u biex jikkuntattja lis-Safeguarding Commission fuq [email protected]

Intant, iż-żewġ qassisin mistennija jitressqu taħt arrest quddiem il-Qorti t’Għawdex għada.

Ara wkoll:

Arrestati żewġ qassisin fuq allegat stupru ta’ abbati – se jitressqu l-Qorti t’Għawdex