Partit Nazzjonalista
“Wara l-Kunsill Ġenerali, kull persuna tibqa’ mistiedna taħdem fil-PN” – Adrian Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li wara l-Kunsill Ġenerali tas-Sibt li ġej, kull persuna tibqa’ mistiedna taħdem fil-Partit, imma wissa li hemm ‘il quddiem, kull min jagħmel il-ħsara mhux se jkollu iżjed postu fil-Partit Nazzjonalista. Qal li jinsab kuraġġjuż li l-Partit Nazzjonalista se jgħaddi minn din il-battalja interna u joħroġ iżjed b’saħħtu.

Intervistat fuq Net FM, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-kunsill ġenerali tas-Sibt li ġej, il-kunsilliera se jiddibattu u jaraw kif se jissaħħaħ il-Partit Nazzjonalista. Sostna li wara l-Kunsill Ġenerali kull persuna tibqa’ mistiedna taħdem fil-Partit, imma minn jagħmel il-ħsara mhux se jkollu iżjed postu fil-Partit Nazzjonalista. Dr Delia ħeġġeġ lill-kunsilliera jkunu attivi u jistaqsu jekk iridux li l-Partit Nazzjonalista jkunx f’idejhom jew imur lura għand il-ftit li qal kienu jikkontrollaw il-Partit.

Il-Kap Nazzjonalista qal li f’sentejn ltaqa’ ma’ iżjed minn 4,000 persuna li ma ħallsitx it-tessera u żar iżjed minn 1,800 ħanut. Stqarr li ilu minn Jannar jiltaqa’ mal-kunsilliera li qal ħafna minnhom jiġu bl-uġigħat tagħhom u jistaqsu għaliex il-Partit Nazzjonalista qed jgħaddi minn dan kollu. Qal li jemmen li l-Partit Nazzjonalista se jgħaddi minn din il-battalja interna, jgħaddi minn ġon-nar u joħroġ iżjed b’saħħtu.

Dwar ir-riforma politika fil-partit, Dr Delia qal li Dr Louis Galea waħdu ma jistax imexxi din ir-riforma, imma għandu bżonn lill-kunsilliera jgħidu xi jridu mill-Partit. Ħeġġiġhom biex ma jħallux min jeħdilhom ir-riedni minn idejhom.

Żied jgħid li f’dan iż-żmien il-ħidma tal-Oppożizzjoni baqgħet għaddejja, fosthom fil-każ tal-egrant u semma li l-Qorti issa laqgħet it-talba tieghu biex jixhdu t-tliet Ministri li qal hu evidenti li għandhom informazzjoni dwar ir-rapport tal-inkjesta Egrant minkejja li mhux pubblikat.

Dr Delia tkellem fuq l-ambjent u l-emissjonijiet u staqsa b’liema mod jista’ jkun kredibbli l-Prim ministru jekk daqqa jgħid li jrid l-karozzi elettriċi u fl-istess waqt jinħarġu applikazzjonijiet waħda wara l-oħra għall-pompi tal-petrol.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar