Temp
Wara l-maltemp mistenni jiġi l-bnazzi

Sa nhar it-Tnejn mistenni li t-temp jibqa’ kiesaħ u bix-xita.  Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta huwa mbassar li għada tagħmel maltempata bir-ragħad, il-Ħadd se jkollna jum ikkaratterizzat bir-riħ u x-xita li se jibqgħu jippersistu sat-Tnejn.

Mit-Tlieta ‘l hemm mistenni li jibbnazza tant li l-previżjonijiet qed juru li anke t-temperatura mhux se tibqa’ daqshekk kiesħa u mill-għola temperatura b’medja ta’ 13-il grad celsius, din se titla’ għal madwar 16-il grad celsius, filwaqt li l-inqas minn 8 gradi se titla’ għal 11-il grad.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca żvelat li sena ilu, fl-eqqel tad-dibattitu dwar l-emendi għal-liġi tal-IVF, hija għenet biex id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jikkonvinċi ruħu bl-argumenti tas-soċjetà ċivili kontra l-introduzzjoni tat-tqala…

Parlament

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal illi f’taħditiet mal-esperti tal-Moneyval fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa jemmen illi l-Gvern jasal biex jagħti riżultat tajjeb lil Malta fejn tidħol il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Huwa…

Parlament

Il-Parlament approva mill-ewwel qari ħames abbozzi ta’ liġi li jirriformaw l-qasam tal-Ġustizzja. L-abbozzi tressqu kollha mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici u se jdaħħlu fis-seħħ proposti li saru…

Aktar