Barranin
Wara li fetħulu rasu ndunaw li operawh bi żball

Erba’ tobba fil-Kenja ġew sospiżi wara li raġel spiċċa bl-iskutella ta’ rasu miftuħa għalxejn. Dan hekk kif ġie operat bi żball waqt li kien rikoverat fi sptar fil-kapitali Nairobi.

Jidher li t-tabelli bl-ismijiet tal-pazjenti tħawdu, bil-konsegwenza li t-tobba tfixklu bejn pazjent li kellu bżonn ftit kura għal nefħa, ma’ pazjent li kellu bżonn operazzjoni minħabba demm magħqud f’moħħu.

Il-pazjent bin-nefħa għalhekk spiċċa operat, u kien biss wara li fetħulu rasu li t-tobba ndunaw li ma kellu ebda demm f’moħħu. It-tmexxija tal-Isptar Nazzjonali Kenyatta qal li l-pazjent kien għadu rikoverat iżda qed jirkupra tajjeb mill-operazzjoni bla bżonn.

Aħbarijiet Oħra
Renju Unit

L-għada li l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea rrifjutaw il-pjan tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May għal Brexit, hija ammettiet li n-negozjati mal-Unjoni Ewropea jinsabu fi sqaq. Żied tgħid li għalkemm trid ftehim, ikun…

Barranin

Fi New York mara li taħdem f’daycare centre tat daqqiet bi strument bil-ponta lill-ħames persuni. Il-vittmi huma 3 itfal, 2 ibniet u tifel li kienu ma’ missierhom u mara oħra…

Barranin

Żagħżugħa ta’ 19-il sena mietet tliet ijiem biss wara li żżewġet lir-raġel li kienet tħobb minn meta kienet għadha tifla. Nina Marino ta’ 19-il sena kellha marda terminali. F’Mejju, 2017…

Barranin

Mill-inqas 86 persuna għerqu wara li vapur b’mijiet ta’ passiġġieri għereq f’Lake Victoria t-Tanzanija. Huwa mifhum li mill-inqas in-numru ta’ vittmi jista’ jitla’ għal iktar minn mitejn. Il-vapur, Mv Nyerere…

Aktar