Kurżitajiet
Wara li saret omm ta’ 16-il sena Ingliża ssir nanna ta’ 33 sena

Mara ta’ 33 sena saret l-iżgħar nanna fir-Renju Unit wara li bintha ta’ 17-il sena welldet tifla.

Gemma Skinner kellha 16-il sena meta fl-2004 welldet lil bintha Maizie. Hija għandha żewġt itfal oħra, Gracie ta’ 10 snin u Bella ta’ 4 snin.

Il-mara tgħid li meta saret taf li bintha l-kbira ħarġet tqila inkwetat għax ftakret fit-tbatija li għaddiet minnha.

Fl-istess waqt hija tgħid li ħafna kienu dawk li ħasbu li hija omm it-tarbija u mhux nannitha.

Fir-Renju Unit l-età medja ta’ meta mara twelled għall-ewwel darba hija ta’ 29 sena waqt dik ta’ meta persuna ssir nannu jew nanna hija ta’ 63 sena.