Lokali
Wara n-nawfraġju fil-Qawra qed jistennew il-paga biex jirritornaw id-dar

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-vapur li nkalja fil-Qawra għadhom qed jistennew bħal erwieħ fil-purgatorju għal pagamenti dovuti biex ikunu jistghu jitilqu minn Malta lura lejn pajjiżhom. Il-kaptan jgħid li huma grati li qed jingħataw kenn f’Dar il-Baħħara, iżda lmenta li l-kundizzjoni tagħhom xorta mhix tajba. L-aġent tal-vapur f’Malta qal liċ-ċentru tal-aħbarijiet li huma mistennija jitħallsu mis-sidien tal-vapur li ġejjin Malta fil-ġranet li ġejjin.

Imkebbeb f’kutra fil-kċina fiċ-ċentru tal-baħħara f’Ta’ Liesse, il-Belt, il-kaptan tat-tanker li s-Sibt kmieni filgħodu nkalja fil-Qawra, Joynal Abedin, qalilna li hu u l-bqija tal-ekwipaġġ qed jistennew fuq ix-xwiek biex jerġgħu lura lejn pajjiżhom, il-Bangladesh, ir-Russja u l-Egittu, wara t-trawma kerha li għaddew minħabba l-maltempata kerha li wara snin fuq l-baħar qatt ma raw bħalha.

“Everybody trying to go home because they have seen, and fatigue, a big accident, lucky they are safe. So they don’t like to face anymore anything, just want to go back home with their salary. That’s it,” qal Joynal Abedin, Kaptan tal-vapur Hephaestus.

Filwaqt li lmenta li spalltu għadha qed tuġgħu, mill-kesħa u min-nuqqas ta’ ħwejjeġ adattati, il-Kaptan qal li m’għandhom moħħ ta’ xejn.

Spjega li s-second engineer tat-tanker ilu minn Ġunju jitħallas biss terz tal-paga. Hu u tliet baħħara oħra ilhom ma jitħallsu minn Diċembru, filwaqt li żewġ membri oħra tal-ekwipaġġ għadhom ma tħallsux mindu bdew jaħdmu fuq it-tanker, ix-xahar li għadda.

“So they don’t have any money to even go to the market, nothing, if they have money, they can buy themselves clothes but they cannot, they have nothing,” qal Abedin.

Qal li m’għandhomx għażla oħra ħlief li jibqgħu jistennew sakemm jitħallsu s-salarji sħaħ u mbagħad ikunu jistgħu jitilqu lura pajjiżhom. L-aġent tal-vapur f’Malta qal lil TVM li l-baħħara ser jitħallsu mis-sidien tal-vapur li ġejjin Malta fil-jiem li ġejjin u wara jkunu jistgħu jigi ripatrijati.

Sadanittant, il-vapur mistenni jkun spezzjonat minn rappreżentanti tal-kumpanija tal-assikurazzjoni. Kelliema tal-kumpanija Cassar Ship Repair, li ġiet fdatha bl-operazzjoni biex taqla’ t-tanker minn fuq il-blat, qalet li kif ibatti l-maltemp tkun tista’ ssir analiżi tal-ħsara fil-qiegħ tat-tanker u jibda jiġi mplimentat il-pjan biex il-vapur jinqala’ minn fuq il-blat. Spjegat li ttieħdu miżuri ta’ prekawzjoni f’każ li l-vapur inixxi il-ftit fuel li għandu abbord.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Pittura tal-Kardinal Malti Prospero Grech ingħaqdet mal-kollezzjoni tal-arti fil-Mużew tal-Katidral fl-Imdina. Il-pittura saret mill-artista Filippa Bianchi wara li studjat il-karattru tal-kardinal u semgħet mingħandu l-mod kif xtaq li tinħoloq ix-xbieha…

Unjoni Ewropea

Il-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-Kriminalità Finanzjajra u l-Evażjoni tat-Taxxa jrid li l-istati membri tal-Unjoni Ewropea jżarmaw il-programmi tagħhom li bihom jagħtu ċittadinanza jew residenza b’investiment. F’abbozz ta’ rapport imħejji mill-kumitat…

Lokali

Bdiet taħdem l-ewwel sistema li permezz tagħha għadd ta’ karozzi elettriċi jistgħu jintużaw minn persuni differenti matul l-istess ġurnata. Din se titħaddem mill-kumpanija CAR2GO Israel bħala parti minn ftehim ma’…

Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet ir-raba’ edizzjoni tal-kampanja ‘Naħseb Fik’. Din il-kampanja hi proġett li permezz tiegħu gruppi ta’ persuni identifikati jkunu jistgħu jagħmlu xewqat għal rigali partikolari u…

Aktar