Edukazzjoni
Wara r-riżultati tal-O Levels studenti jitolbu pariri fuq il-karriera tagħhom

Wara li ħarġu r-riżultati tal-O Levels, ħafna l-istudenti li qed imorru għall-pariri fuq il-karriera jistgħu jaqbdu fis-snin li ġejjin. Dawn is-servizzi tal-pariri qed jingħataw mill-Junior College li joffru pariri wkoll lil-istudenti li m’għaddewx mill-eżamijiet kollha.

Għall-istudenti li għadhom kemm temmew l-iskola sekondarja, dawn il-jiem huma importanti ħafna għall-ġejjieni u l-karrieri tagħhom. Wara li iktar kmieni din il-ġimgħa ħarġu r-riżultati tal-O Levels, ikun hemm studenti li jkollhom idea ċara ta’ x’se jagħmlu ‘l quddiem fil-karrieri tagħhom, u għalhekk jafu liema suġġetti se jagħżlu fil-livell post sekondarju. Imma jkun hemm ukoll studenti li jkunu għadhom indeċiżi dwar liema triq għandhom jaqbdu. Il-konsulent tal-istudenti fuq il-pariri tal-karriera, Giosue’ Pianciamore, qal li hu għalhekk li l-Junior College jipprovdi servizz ta’ pariri fuq il-karrieri.

Giosue’ Pianciamore qal “hawnhekk bħalissa għaddejja one to one session fil-guidance services. Studenti li għandhom l-entry criterias jiġu sia weħidhom, sia mal-ġenituri tagħhom biex jiddiskutu l-option choice tagħhom… Jekk student għandu ċertu skills u abilitajiet f’ċertu oqsma bħal m’huma l-lingwi mod, jekk imbagħad wieħed ikun iżjed xjentifiku mod ieħor. Però tajjeb li ngħid li meta npoġġu magħhom l-istudenti dawn l-affarijiet joħorġu u jekk l-istudent ikun iżjed science oriented tajjeb li jikkunsidra li jeħodhom A Levels etc, però jħares anke lejn l-aspett ta’ x’courses hemm l-università. Jiġifieri qabel ma jagħmel l-għażla finali jara li l-combination of subjects tiftaħlu l-bibien kollha li hemm bżonn ġewwa l-Università ta’ Malta.”

Giosue’ Pianciamore spjega li dawn is-servizzi ta’ gwida għall-karriera huma miftuħa wkoll għall-istudenti li għadhom m’għaddewx mill-O Levels kollha. Hu enfasizza li dawn l-istudenti xorta waħda għandhom japplikaw għad-dħul fil-Junior College.

“Importanti jagħmlu l-aħħar effort biex iġibu l-O Levels li jkunu għadhom ma ġabux. Wieħed għandu japplika mill-ewwel ta’ Awwissu ‘l quddiem. Jiġifieri sia l-istudenti li ġabu l-O Levels kollha, l-entry criterias kollha, u sia dawk li forsi fadlilhom resit biex eventually jġibuh f’Settembru.”

Is-sur Pianciamore spjega li s-servizzi ta’ gwida fil-Junior College mhumiex limitati biss għall-aspett tal-karriera u dak akkademiku, għax joffri wkoll counselling lill-istudenti kemm jekk ikunu qed isibu diffikultà fl-iskola u ghal problemi personali.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Eman Ebejer ta’ 34 sena, tpoġġa fuq ordni ta’ probation wara li ammetta li pprova jisraq affarjiet minn karozza f’Ħal Qormi. Hu tressaq il-Qorti t-Tnejn filgħodu quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella….

Traffiku

Il-konsum tax-xorb alkoħoliku huwa fost il-kawża komuni ta’ inċidenti fatali u serji tat-traffiku. Fl-aħħar snin il-kampaniji li jsiru f’dan iż-żmien biex ix-xorb u s-sewqan ma jitħalltux kellhom riżultati tajbin. Din…

Politika

Is-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit, appella għall-għaqda nazzjonali u s-sens komun, fl-isfond ta’ protesti regolari. Fi stqarrija maħruġa flimkien mal-kunsilliera Laburisti, is-Sindku qal li l-komunità residenzjali fil-Belt qed tbati l-konsegwenzi,…

Politika

F’nofsinhar għalqu n-nomini għall-elezzjoni każwali fit-tielet distrett, għas-siġġu vakat minn Helena Dalli wara li inħatret Kummissarju Ewropew. L-erba’ kandidati li tefgħu in-nomina tagħhom huma Jean Claude Micallef, Edric Micallef, Sebastian…

Aktar