Immigrazzjoni
AĠĠORNAT: Wara sena fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far, ma jafux fejn se jagħtu rashom

L-immigranti li ilhom sena jew aktar fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far ser ikollhom jaħsbu għal rashom biex isibu akkomodazzjoni alternattiva, minħabba li l-awtoritajiet iridu jagħmlu wisa’ għal immigranti li qed jaslu. Uħud mill-immigranti li tkellmu ma’ TVM dehru ħosbiena bis-sitwazzjoni li għandhom quddiemhom.

Biż-żieda fil-wasliet tal-immigranti fl-aħħar xhur, l-awtoritajiet Maltin mistennija jimplimentaw il-politika li l-immigranti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far, ikollhom ifittxu akkomodazzjoni alternattiva jekk ikun ilhom fiċ-ċentru għal iktar minn 12-il xahar. Dan biex jagħmlu l-wisa’ għal immigranti li qed jaslu Malta.

Din is-sitwazzjoni tidher li qed tinkwieta uħud mill-immigranti, minħabba li ser isibuha diffiċli biex isibu fejn joqgħodu. Alfaded Mohammed Abdrham hu wieħed mill-immigranti li ilu jgħix f’Ħal Far għal din l-aħħar sena. “Yes I have to go out of Ħal Far, and this is time, this is bad time living in Ħal Far. No houses this year, no money, no.”

Junayed Ahmed ukoll qal li se jkollu jitlaq u li ma jafx fejn se jmur joqgħod. Qal li prijorità għalih hi li jsib xogħol. “I don’t know. First I see my working site and work, after I see where I go, now I don’t know.”

Alfaded qal li x’aktarx ser ikollu imur jgħix ma’ xi ħbieb tiegħu.

Għal mistoqsijiet ta’ Television Malta, kelliema għall-Ministeru tal-Intern qalet li hi proċedura stabbilita li kif ir-residenti jaslu fiċ-ċentru miftuħ, jingħataw informazzjoni dwar id-drittitijiet u d-dmirijiet tagħhom, fosthom it-terminu li fih ikunu mitluba jimxu lejn residenza privata fil-komunità. Spjegat li tul dan il-perjodu jaħdmu id f’id ma’ diversi entitajiet biex isiru aktar indipendenti.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta kellha taddatta wkoll għar-realtajiet ġodda imposti mill-Covid-19. Minkejja li kellhom jitħassru għadd ta’ kunċerti, fosthom “Strings in Spring”, bis-sehem tal-vjolinista ċelebri, Carmine Lauri, il-mużiċisti xorta se…

Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

Aktar