Barranin
Wara t-telfa mat-Taljani, l-Ingliżi ordnati jilagħbu logħba bil-bibien magħluqa

Wara t-telfa fil-finali tal-Euro2020, l-Ingliżi se jkollhom jilagħbu logħba bil-bibien magħluqa. It-tim Ingliż kien ġie megħlub mit-tim Taljan b’4-3 bl-għoti tal-penalties wara li l-iskor sal-120 minuta baqa’ ta’ 1-1 f’partita li ntlagħbet f’Wembley Stadium f’Londra quddiem maġġoranza assoluta ta’ partitarji Ingliżi.

Matul il-partita kien inqala’ diversi inkwiet fosthom partitarji Ingliżi li provaw jidħlu mingħajr biljett u partitarji Ingliżi li wrew dispress lejn l-Innu Nazzjonali Taljan.

Miżura oħra li ttieħdet hi li jekk jerġgħu jagħmlu xi ħaġa simili, jkollhom jagħmlu sentejn sħaħ jilagħbu mingħajr partitarji. Intant, l-Assoċjazzjoni tal-Futbol ġiet imħarrka €100,000 minħabba nuqqas ta’ ordni u dixxiplina fl-istadium waqt il-logħba.

Min-naħa tagħha, l-Assoċjazzjoni tal-Futbol qalet li għalkemm tinsab iddiżappuntata bil-verdett tal-UEFA, tirrikonoxxi l-eżitu tad-deċiżjoni tagħha.

Nhar il-11 ta’ Lulju, partitarji ġew fl-idejn mal-Pulizija wara li pprovaw jidħlu f’Wembley mingħajr biljett. Dakinhar kienu saru 51 arrest, b’26 minnhom saru fl-istadium. Dan kien wassal biex 19-il Pulizija ndarbu waqt li provaw jikkontrollaw xi ġlied u argumenti qabel il-finali tal-Euro2020.