Politika
Wara x-xhieda ta’ Theuma jtennu b’aktar saħħa li l-PM għandu jirriżenja – Repubblika u Occupy Justice

Wara xhieda li ta Melvin Theuma fil-Qorti, l-għaqdiet Repubblika u Occupy Justice qalu li jtennu b’aktar saħħa l-pożizzjoni tagħhom li Joseph Muscat għandu jirriżenja immedjatament.

Qalu li l-Pulizija għandhom bla aktar dewmien jinvestigaw u jieħdu azzjoni fir-rigward ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri, Kenneth Camilleri, Robert Agius, Adrian Agius, Neville Gafa u Sandro Craus, l-għaliex ħadd m’għandu jkun ’il fuq mil-liġi.

Ara wkoll:

‘Mietu daqstant bullijiet, ma tmutx din’ – Theuma dwar x’qallu ċ-Ċiniż

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Tlesta proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf fil-Kappella dedikata lill-konversjoni ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara. Din kienet saret mill-artist Ġużeppi Briffa waqt li r-restawr sar mill-kumpanija Atelier Del Restauro. Ir-restawr…

Qorti

Dr Manfred Galdes li kien Kap Eżekuttiv tal-FIAU, qal li n-nuqqas ta’ riżorsi fit-taqsima tal-Pulizija dwar ir-reati ekonomiċi kienet qed tagħmel ix-xogħol tal-FIAU inutli. Spjega li r-rapporti li l-FIAU kienet…

Saħħa

Fiċ-Ċina, tliet persuni mietu u iżjed minn 200 oħra jinsabu morda, wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ novel coronavirus. F’kummenti lil TVM, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci,…

Kronaka

Raġel ta’ 22 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fi Vjal Sir Paul Boffa, f’Raħal Ġdid għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar. Il-Pulizija qalet li l-ġuvni, li jgħix Ħ’Attard, kien qiegħed isuq il-mutur tat-tip…

Aktar