COVID-19
“Wasal il-mument li l-anzjani jibqgħu ġewwa”

Intervistat waqt il-bulettin tal-aħbarijiet ta’ TVM, il-Kap Eżekuttiv għall-Istandards tal-Ħarsien Soċjali, Matthew Vella, qal li wasal il-mument li l-anzjani jibqgħu ġewwa.

Sostna li dan m’għandux ifisser iżolament, u appella biex ikollna komunità b’saħħitha li tipprattika s-solidarjetà, speċjalment mal-anzjani viċin kull wieħed u waħda minna.

Qal li n-nuqqas ta’ viżitaturi fid-djar tal-anzjani kien effettiv biex inaqqas it-tixrid tal-Covid-19, u fil-fatt għad m hemmx każijiet ikkonfermati ta’ anzjani li jgħixu f’dawn ir-residenzi.

Spjega li kienet miżura iebsa li sabet reżistenza, iżda ġie introdott il-video conferencing biex ir-residenti anzjani jkunu jistgħu jżommu kuntatt mal-qraba tagħhom xorta waħda.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, se tkun qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet fin-12:30. Il-Professur Gauci se tkun qed titkellem dwar l-aħħar aġġornamenti relatati mal-imxija tal-Coronavirus f’Malta.

COVID-19

18-il persuna lbieraħ ingħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi li l-Pulizija għamlet fl-aħħar 24 siegħa biex tiżgura li ma jkunx hemm ġemgħat ta’ aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi…

COVID-19

Fi żmien li l-pajjiż għaddej mill-problema tal-imxija tal-COVID-19, l-Amministratur Appostoliku għal Għawdex, Mons. Mario Grech appella lis-saċerdoti f’Għawdex u lill-Għaqdiet Reliġjużi biex jagħtu l-offerta tagħhom sabiex jinxtara ventilator, ħalli dan jingħata lill-Awtoritajiet…

Aktar