Lokali
Wasal iż-żmien li nitkellmu dwar il-prostituzzjoni – Prof. Azzopardi

Il-Professur Andrew Azzopardi, id-Dekan tal-Fakultà tal-Ħajja Soċjali qed jitlob għal dibattitu serju dwar ix-xogħol kollu relatat mas-sess.

Skont il-Professur Azzopardi, il-punt ta’ tluq f’dan id-dibattitu għandu jkun id-dritt tal-bniedem li għandu jingħata rikonoxximent. Huwa qal li t-tema tas-sess hija taboo fil-pajjiż u għalhekk, jemmen li issa wasal iż-żmien biex it-tema tiġi indirizzata.

Huwa qal li għalkemm il-maġġoranza jemmnu li dan is-settur jolqot l-aktar lin-nisa eterosesswali, huwa qal li jintlaqtu wkoll irġiel eterosesswali u nies mill-komunità LGBTIQ + li qed jiġu sfurzati fl-industrija jew saħansitra jagħżlu minn jheddhom li jidħlu f’din id-dinja.

Il-Professur Azzopardi jemmen li x-xogħol relatat mas-sess jiżvaluta u joġġettifika l-persuna u saħaq ukoll li għandna nindirizzaw l-attitudnijiet sessisti lejn in-nisa li għadhom jeżistu fis-soċjetà tagħna tal-lum.

Huwa jemmen li x-xogħol relatat mas-sess għandu jitqies bħala problema fis-soċjetà sakemm ma jkunx hemm il-kunsens miż-żewġt naħat.

Għalhekk, il-Professur Azzopardi jemmen li għandha tiġi trattata t-tema qabel jittieħdu xi deċiżjonijiet dwar xi bdil fil-leġiżlazzjoni.