Teknoloġija
Waslu nofs triq ix-xogħlijiet tal-GO b’investiment ta’ €100m biex Malta jkollha fibre optic cable

Il-Kap Eżekuttiv tal-GO, Nikhil Patil, qal li kważi wasal nofs triq l-investiment ta’ €100 miljun li l-kumpanija qed tagħmel f’sistema ta’ fibre optic cable għas-servizzi tagħha.

Huwa qal li dal-proġett ambizzjuż għandu jitlesta fl-2024 u bih Malta ser tkun l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li jkollha das-servizz mifrux mal-pajjiż kollu.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-viżjoni diġitali tal-Gvern tista’ titwettaq jekk l-imsieħba kollha jiġbdu l-istess ħabel.

B’investiment ta’ €100 miljun, il-kumpanija GO ser tbiddel l-infrastruttura għas-servizzi tal-internet u s-servizzi oħra ta’ telekomunikazzjoni.

Fi żjara waqt installazzjoni tas-sistema l-ġdida f’Santa Luċija, il-Kap Eżekuttiv tal-GO, Nikhil Patil, qal li dal-proġett beda fl-2016 u sal-lum hemm 85,000 familja li qed jesperjenzaw it-teknoloġija l-ġdida li twassal id-data fid-djar f’tebqa’ t’għajn.

“Malta is becoming a Mediterranean Hub for all things digital. A plan is essentially to invest more than hundred million to make sure to make sure that we bring fibre to peoples living room. So it’s not just serving businesses with fibre but making sure that every community has the power of fibre right up in their living rooms which enables that are future proof for the next hundred and two hundred years,” qal il-Kap Eżekuttiv tal-GO.

Is-Sur Patil qal li b’dan l-investiment Malta ser tkun fost l-ewwel pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li ser ikollha netwok diġitali fil-pajjiż kollu.

Investiment sinifikanti li qed iħejji lil Malta għall-futur – il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan l-investiment teknoloġiku huwa sinifikanti, mhux biss għax jilqa’ għaż-żieda fid-domanda, iżda għax qed tħejji lil Malta għas-snin li ġejjin.

Dr Muscat faħħar il-kordinazzjoni tal-kumpanija GO ma’ Infrastracture Malta biex fejn hu possibbli jitneħħew il-wajers minn mal-faċċati u s-servizzi jgħaddu minn taħt l-art.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fl-għeluq it-tliet snin tat-tieni leġiżlatura Laburista, il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef qal li l-ġid li nħoloq qed jitqassam bejn kulħadd. Il-Perit Micallef qal li l-Gvern investa fl-edukazzjoni u fl-infrastruttura biex…

Lokali

Is-servizz pubbliku kompla jifrex is-servizzi online fl-oqsma tal-enerġija, il-ġustizzja u n-negozji. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal li dan huwa r-raba’ pakkett ta’ servizzi online minn mindu tnediet l-istrateġija biex…

Għawdex

Il-proġett propost tal-mina bejn Malta u Għawdex iqajjem interess b’żewġ konsorzji u żewġ kumpaniji wieġbu l-ewwel fażi tal-proċess biex urew li huma interessati li jidħlu għad-disinn, il-bini, il-manutenzjoni u biex…

COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li mhemm l-ebda każ ġdid għal-lum ta’ Coronavirus f’Malta. Tħabbar ukoll li 14-il persuna oħra ġew imfejqa mill-virus biex b’hekk it-totla ta’ mfejqa s’iss jitla’ għal 576…

Aktar