Ambjent
Wasteserv tisħaq li ma taċċettax ħġieġ għar-riċiklaġġ imħallat ma’ materjali oħra

Il-WasteServ qalet li l-ġbir tal-ħġieġ għar-riċiklaġġ huwa amministrat minn żewġ skemi privati, li huma responsabbli li jiġbru ħġieġ segregat.

Il-kumpanija qalet li avżat lil dawn l-iskemi li mhux se taċċetta ħġieġ li jkun imħallat ma’ materjali oħra, bħal kontenituri tal-plastik, kaxxi tal-kartun u skart ieħor.

Qalet li l-abbiltà għar-riċiklaġġ tal-ħġieġ li jkun imħallat ma’ materjali oħra huwa limitat ħafna u jtellef mill-iskop tal-iskema, kif ukoll iġib fix-xejn l-isforzi tal-pubbliku biex jisseparaw l-iskart.

Wasterserv qalet li kienet diġà qassmet kontenituri li jidħlu f’xulxin bħala parti mill-kampanja Sort it Out, li għandhom jintużaw għal dan il-għan.

Wasterserv qalet dan fl-isfond ta’ avviżi minn għadd ta’ kunsilli lokali lir-residenti, fejn intqal li l-ħġieġ se jibda jinġabar biss meta jinħareġ fil-kontenituri pprovduti mill-Wasteserv, u mhux f’kaxxi tal-kartun jew boroż tal-plastik.

Xi kunsilli lokali bagħtu dan l-avviż lir-residenti
Aħbarijiet Oħra

Dokumentarju ta’ Television Malta tefa’ dawl ġdid fuq kif mijiet ta’ eks tarznari kienu esposti għall-asbetos u żviluppaw kumplikazzjonijiet mediċi fosthom kanċer tar-rita tal-pulmun. Ħaddiema rrakuntaw li min fittex lill-kumpaniji…

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista qalet li fit-tieni jum tal-votazzjoni bikrija tal-elezzjoni għal Kap tal-Partit ivvotaw 32% tat-tesserati eleġibbli li jivvotaw. B’hekk, it-total ta’ dawk li vvutaw s’issa bejn il-bieraħ u…

F’messaġġ rekordjat lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-pandemija tal-Covid-19 laqtet is-sistemi tas-saħħa, l-ekonomiji u s-soċjetajiet dinjija. Qal li hu għalhekk li l-pajjiżi l-iżjed milquta u…

Il-Gvern illejla ħabbar tisħiħ fil-miżuri ta’ kontinġenza fil-qasam tad-djar tal-anzjani. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva qal li meta jiġi identifikat każ pożittiv f’dar tal-anzjani, dak ir-resident se jintbagħat fl-isptar Pawlu Boffa…

Aktar