Qorti
Website ġdida tal-Qorti b’aċċess għall-pubbliku għal każijiet pendenti u avviżi legali

Tnieda portal ġdid dwar il-leġiżlazzjoni – www.legislation.mt. Il-portal huwa disponibbli għall-użu mill-pubbliku, mill-amministrazzjoni pubblika, u minn dawk kollha li jaħdmu fil-professjoni legali.

Meta nedew il-portal il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza, u l-Governanza Edward Zammit Lewis, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, qalu li hu amministrat mit-Taqsima Leġiżlattiva fi ħdan l-Uffiċju tal-Avukat tal-Istat, u qed jieħu post il-website ta’ qabel, justiceservices, li ser titwaqqaf fil-ġimgħat li ġejjin.

Il-website il-ġdida tinkludi għadd ta’ karatteristiċi moderni u ġodda, fosthom l-ippubblikar online ta’ Liġijiet Konsolidati, Atti Legali, Avviżi Legali, u Bye Laws b’mod modern, waqt li hija aċċessibbli minn kwalunkwe tip ta’ apparat.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja qal li bħalissa għaddej b’xogħol biex jiddiġitalizza s-sistema tal-Qrati ta’ Malta. Riċentement, issaħħet il-website eCourts.gov.mt, b’investiment ta’ kważi nofs miljun ewro, ko-finanzjat minn fondi Ewropej.

Qal li l-għan hu li sservi ta’ one-stop shop, kemm għaċ-ċittadin, kif ukoll għal dawk kollha fil-professjoni legali. Fost għadd ta’ servizzi diġà eżistenti, wieħed jista’ jħallas il-multi pendenti mal-Qorti, kif ukoll jirċievi mobile notifications.

Qal li ġew aġġornati u mmodernizzati wkoll il-kompjuters tal-Qorti, waqt li ssaħħet ukoll in-network, hekk kif ġie mgħoddi iktar minn 120,000 metru ta’ wiring. Dan kollu b’investiment ta’ €600,000.

Dr Zammit Lewis qal li legislation.mt se tkun aċċessibbli fuq il-pjattaformi kollha, u se tipprovdi aċċess għall-każijiet pendenti, liġijiet, avviżi legali, u liġijiet Ewropej.

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi qal li din il-website tifforma parti minn proġett ferm ikbar bl-isem ‘Connected eGovernment – CONvErGE’ li fih qed jiġu investiti €45 miljun u huwa ko-finanzjat minn fondi Ewropej.

Isma’ l-kummenti tal-Ministru tal-Ġustizzja, l-Ugwaljanza, u l-Governanza Edward Zammit Lewis u tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi hawn taħt.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar