Qorti
Weħel sitt xhur ħabs wara li pprova jitlaq minn Malta b’dokument falz

Sudaniż li qed ifittex kenn u pprova jitlaq minn Malta b’passaport falz, ġie kundanant sitt xhur ħabs. Adam Eldi Abubacer ta’ 25 sena tressaq il-Qorti mixli li kien fil-pussess, iffalsifika u uża dokument falz.

L-Ispettur Darren Buhagiar qal li l-akkużat wasal Malta ma’ grupp ta’ immigranti b’dgħajsa fl-2014.

Hu ġie arrestat fl-ajruport kif kien se jaqbad titjira lejn Napli. Mal-Pulizija, Abubacer ammetta li ħallas €500 biex xtara dokument falz mill-Marsa, mingħand xi ħadd li ltaqa’ miegħu darba.

Hu ammetta l-akkużi, bil-Maġistrat Monica Vella kkundannatu sitt xhur ħabs.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Fil-Qorti nstemgħet ix-xhieda tal-Ispettur Keith Arnaud li qal li għall-ħabta tal-23:10 seħħet sparatura fi Triq tal-Ġebel li fiha kien hemm persuna maqtula u tnejn oħra midruba. L-Ispettur Arnaud qal li…

Qorti

Fil-Qorti, bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra ż-żewġ suldati akkużati bil-qtil fis-6 ta’ April li għadda ta’ Lassine Cisse Souleymane ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Avorju. Lorin Scicluna ta’ 22 sena minn…

Elezzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li min se jsiefer fil-jum tal-votazzjoni, se jingħata l-faċilità li jaqbeż il-kju. Dawn il-persuni għandhom jieħdu magħhom prova dokumentata tas-safar u juruha lill-pulizija inkarigat fiċ-ċentru…

Elezzjoni

Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali fakkret lill-pubbliku li l-użu ta’ mobile phones, cameras, jew apparat tal-fotografija u awdjo huwa projbit fil-postijiet tal-votazzjoni. Qalet ukoll li t-teħid ta’ ritratti jew filmati fil-postijiet tal-votazzjoni…

Aktar