Lokali
WhatsApp mhux se jibqa’ jaħdem fuq dawn il-mowbajls

L-app tal-messaġġi WhatsApp mhux se tibqa’ aċċessibbli fuq għadd ta’ mudelli ta’ smartphones mill-1 ta’ Novembru li ġej.

WhatsApp, li huwa ta’ Facebook, mhux se jibqa’ jaħdem fuq diversi mowbajls minħabba l-fatt li mhux kull mowbajl għadu jiflaħ għall-aġġornamenti li ta’ sikwit ikollha din l-app. Bosta mill-mowbajls elenkati huma smartphones li ħarġu fis-suq bejn l-2010 u l-2011.

Fuq is-sit tiegħu, WhatsApp qal li fost l-oħrajn mhux se jibqa’ jaħdem fuq il-mowbajls Android li għandhom il-pjattaforma 4.0.4 jew eqdem.

Skont rapporti, madwar 40 smartphone se jintlaqtu minn din id-deċiżjoni. Il-mowbajls huma:

Samsung: Galaxy Trend Lite, Galaxy Trend II, Galaxy SII, Galaxy S3 mini, Galaxy Xcover 2, Galaxy Core u Galaxy Ace 2.

LG: Lucid 2, Optimus F7, Optimus F5, Optimus L3 II Dual, Optimus F5, Optimus L5, Optimus L5 II, Optimus L5 Dual, Optimus L3 II, Optimus L7, Optimus L7 II Dual, Optimus L7 II, Optimus F6, Enact, Optimus L4 II Dual, Optimus F3, Optimus L4 II, Optimus L2 II, Optimus Nitro HD e 4X HD u Optimus F3Q.

ZTE: Grand S Flex, ZTE V956, Grand X Quad V987 u Grand Memo.

Huawei: Ascend G740, Ascend Mate, Ascend D Quad XL, Ascend D1 Quad XL, Ascend P1 S u Ascend D2.

Sony: Xperia Miro, Sony Xperia Neo L u Xperia Arc S.

Alcatel: One Touch Evo 7.

Apple: iPhone SE, iPhone 6S, iPhone 6S Plus.

Oħrajn: Archos 53 Platinum, HTC Desire 500, Caterpillar Cat B15, Wiko Cink Five, Wiko Darknight, Lenovo A820, UMi X2, Faea F1 u THL W8.