Lokali
Wi-Fi b’xejn fuq il-karozzi tal-linja kollha

Il-Wi-Fi b’xejn mingħajr ħlas huwa disponibbli mil-lum fuq il-karozzi tal-linja tar-rotot kollha.

Dan wara s-suċċess tal-proġett pilota ta’ Malta Public Transport u Transport Malta li twettaq matul is-sajf.

Id-Direttur Kummerċjali ta’ Malta Public Transport, Daniel Grech qal li Transport Malta u Malta Public Transport qed joffru aktar valur u iktar konvenjenza, mingħajr ħlas żejjed għall-passiġġiera.

Mit-tnedija tal-proġett pilota, in-numru ta’ logins kompla jiżdied b’mod konsistenti b’żieda medja fix-xahar ta’ 57%. F’Lulju biss, kien hemm iktar minn 50,000 utent juża’ s-servizz.

Barra minn hekk, aktar minn 1.8 miljun logins ġew irreġistrati matul il-perjodu ta’ prova, bir-rotot tal-ajruport X2 u X3 bl-akbar sehem ta’ użu, segwiti minn rotot lejn San Ġiljan, Buġibba u ċ-Ċirkewwa.

Il-passiġġieri użaw is-servizz tal-Wifi l-aktar għall-midja soċjali, filwaqt li ftit iktar minn kwart tal-użu marru għall-web browsing. L-applikazzjoni ewlenija użata fuq il-vjaġġi bil-karozzi tal-linja kienet għal Facebook, li kienet użata 48% tal-ħin.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament fisser il-passi li qed jieħu l-Gvern f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara li l-Oppożizzjoni tappoġġja l-ftehim bejn…

Parlament

Laqgħa imqanqla tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ġiet sospiża wara li ntalbu żewġ rulings differenti mill-Ispeaker fuq jekk xhud għandux jitħalla jaqra dikjarazzjoni qabel isirulu l-mistoqsijiet. Il-Kumitat kellu jisma’ x-xhieda tad-deputat…

Lokali

L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed iwissu dwar xorb tal-lumi tad-ditta Piacelli Citrilemon. Fi stqarrija ntqal li wara li saru iktar investigazzjonijiet, instab li l-imsemmi prodott fih sulfati li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta. Lemon…

Aktar