Kultura
Wiċċ ġdid għall-fortifikazzjoni ta’ żmien il-Kavallieri f’Birżebbuġa

Fortifikazzjoni ta’ żmien il-Kavallieri f’Birżebbuġa se tiġi restawrata bi skema mfassla mill-Gvern li biha qed jingħata appoġġ lill-Kunsilli Lokali jidħlu għal proġetti ta’ ħarsien ta’ wirt storiku. Il-fortifikazzjoni magħrufa bħala r-ridott ta’ San Ġorġ għandha forma differenti minn ridotti oħrajn li huma f’forma pentagonali.

Ir-ridott ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa hu wieħed minn sensiela ta’ fortifikazzjonijiet mal-kosta li nbnew mill-Ordni ta’ San Ġwann fil-bidu tas-seklu tmintax. Dan ir-ridott, b’forma nofs tond, se jiġi restawrat mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali permezz tal-iskema ta’ xogħlijiet ta’ restawr għall-kunsilli.

Il-Perit, Amanda Degiovanni, spjegat li minħabba li jinsab qrib il-baħar, ħafna mill-ġebel tar-ridott ittiekel, tant li parti kbira minnu jeħtieġ li tinbidel.

“Hemm affarijiet oħrajn bħal mili ta’ fili minħabba li kwantità kbira ta’ fili ġew mitlufa u huma kompletament miftuħa. It-tindif tar-ridott mill-kwantità kbira ta’ melħ li qed jirċievi min-naħa tal-baħar u anke l-ħsieb huwa li titneħħa l-ħamrija li qed tmiss direttament mar-ridott. Dan billi nressquha qisu pied ‘il bogħod mir-ridott biex nagħtu ftit arja u ma nħallux il-melħ jitla’ minn ġol-ħamrija għal ġor-ridott.”

Ir-ridott ta’ San Ġorġ huwa mibni fuq is-sit ta’ ċimiterju u jinkludi l-kappella ta’ San Ġorġ, li minnu ħa ismu.

Il-Ministru għall-Kultura, Owen Bonnici qal li dan hu wieħed biss minn bosta xogħlijiet li qed isiru mid-Direttorat ta’ Restawr.

“B’deċiżjoni li ħadna flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa ddeċidejna li dan jiġi restawrat biex sa nofs is-sena d-dieħla dan ikun lura għall-glorja li kellu lura fi żmien.”

L-applikazzjonijiet għall-ħames sejħa tal-iskema ta’ xogħlijiet ta’ restawr għall-kunsilli lokali jagħlqu fit-30 ta’ Awwissu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…

Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Aktar