Kultura
Widna impekkabbli u sengħa irfinuta – mid-daqq għadda għall-bini tal-vjolini

Il-bini mill-qiegħ tal-vjolin bl-idejn jirrekkjedi arti partikolari, widna impekkabbli u sengħa irfinuta. Dawn huma l-kwalitajiet li għandu Carlo Xuereb , li f’dawn l-aħħar 15-il sena bena u rrestawra numru sostanzjali ta’ vjolini.

Minn mużiċist Carlo Xuereb għadda għall-arti tal-bini u l-manutenzjoni tal-vjolini. Xuereb sa minn mindu kien żgħir kien idoqq il-vjolin iżda bla dubju r-restawr tagħhom tah sodisfazzjoni kbir.

“Lutier u restawratur tal-vjolini kont inżid biċċiet, daqqa ngħaqqad F holes, tales, partijiet t’isfel, tibdel il-post cracks li huma komuni ħafna fil-vjolin b’mod speċjali antiki u trid tirrispetta d-delikatezza ta’ dan l-istrument.”

Matul iż-żmien Xuereb fittex li jitgħallem anke minn lutiera oħra. “Lutier u restawratur tal-vjolini sintendi, jiena kont studjajt ma’ lutier u minn hemm tieħu t-touch u l-ideat sempliċi.”

Xuereb beda jibni mill-qiegħ tal-vjolini wara li tgħallem kif dawn ikunu restawrati, arti li tinvolvi kapaċitajiet partikolari u armonija bejn bl-użu tal-għodda, ħafna drabi żviluppata minnu stess, u l-qisien meħtieġa biex tkun żviluppata armonija fil-ħoss.

“Lutier u restawratur tal-vjolini hemm qies partikolari li huwa dak u trid timxi tibqa’ fuqu, jien inpoġġi tant imħabba fih u jinvolvi ħafna artistrija u skultura; mhux dejjem tkun fis-sitwazzjoni daqshekk li inti tista’ tgħaġġel, li timmaġina li ser tkun lest minħabba li qed isir bl-idejn, allura ż-żmien, xahrejn tajbin żgur.”

Il-lutier li jibni dan l-istrument għandu sfida oħra; dik li juża l-aħjar materjal biex joħloq il-ħoss li jixtieq.

“L-injam jagħti jilgħab l-parti l-biċċa l-kbira, kwalità ta’ base li jkun fih, il-katena ta’ ġewwa, il-kwalità tal-injam li tuża għal base bar, kif ser ikunu l-blokok, il-ħxuna fl-injam, tal-bombatura kif tiġi ugwali kemm jista’ jkun fil-pozizzjoni tagħha. Il-ħoss tista’ tmur fejn trid bih jiġifieri tista tagħmlu robust, jiddependi x’ikun iħobb l-individwu.”