Mużika
Wieħed mill-kitarristi tal-grupp ZZ Top imut waqt li kien rieqed

Tħabbret il-mewt ta’ Dusty Hill, il-‘bassist’ tal-grupp magħruf rock ZZ Top.

Hill miet ta’ 72 sena waqt li kien rieqed f’daru fi Houston, Texas.

Magħruf għax-xagħar u d-daqna tiegħu, Hill dam idoqq mal-grupp għal madwar 50 sena.

Il-grupp twaqqaf fl-1969 u ħareġ 15-il ‘studio album’ u erba’ ‘live albums’.

Minbarra Hill il-grupp kien jinkludi wkoll lil Billy Gibbons u Frank Beard.

Fost il-kanzunetti li jibqa’ magħruf għalihom il-grupp hemm “Gimme All Your Lovin'”, “Sleeping Bag” u “Viva Las Vegas”.

Fl-2004 iz-ZZ Top iddaħħlu fir-Rock and Roll Hall of Fame.