Saħħa
L-influwenza din is-sena iktar kattiva – Il-Ministru Chris Fearne

Fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Feare qal li matul dan l-istaġun, l-influenza se tkun qed taffettwa persuna minn kull erbgħa.

Dr Fearne spjega li l-Influenza B laqtet lill-poplu qabel l-Influenza A, u kawża ta’ dan qed jiġu affetwat iktar persuni mis-soltu. Qal li t-tilqima tal-influenza ħadmet kif kien previst.

Il-Ministru għas-Saħħa qal li kawża tal-influenza ġew rekordjati nuqqasijiet fir-riserva tad-demm minħabba l-fatt li minn 60 donatur tad-demm kuljum, dawn naqqsu kważi bin-nofs. Dan minħabba l-fatt li inqas nies kienu b’saħħithom biżżejjed biex jagħtu d-demm.

Dan wassal biex għadd ta’ operazzjonijiet li kienu skedati li jsiru, jiġu mħassra. Dr Fearne saħaq li l-ebda operazzjoni ma tħassret minħabba nuqqas ta’ sodod fl-Isptar Mater Dei, iżda minħabba n-nuqqas fir-riżerva tad-demm.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia llum bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ John Paul Woods li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-katavru tagħha. Ir-raġel kien wieġeb…

Sajd

Kważi sena u nofs minn maltempata qawwija li ħalliet ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-gvern ħabbar li qed jalloka miljun ewro għal skema ta’ kumpens finanzjarju lil sajjieda li l-bastimenti tagħhom…

Qorti

Raġel ta’ 50 sena qed ikun akkużat, fost oħrajn, li stupra lis-sieħba ripetutament u li ħa xbiehat ta’ natura sesswali tagħha bil-ħsieb li jheddidha bihom. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Ir-raġel tressaq…

Kronaka

Raġel ta’ 51 sena li jgħix is-Siġġiewi qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident fi Triq il-Katakombi għall-ħabta tal-10.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Aktar