Stejjer Umani
Wieħed minn kull għaxar anzjani f’San Vincenz ma jżurhom ħadd

Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz de Paul, Josianne Cutajar, qalet li wieħed minn kull għaxar anzjani fir-residenza ma jżurhom ħadd. Dr Cutajar qalet li s-soluzzjoni ma tinstabx fi żjara f’xi okkażjoni, bħal żmien il-Milied, jew fl-għoti ta’ xi rigal iżda f’servizzi strutturati ħalli professjonisti jgħinuhom joħorġu minn din ir-realtà. Kuntrarju għall-perċezzjoni li teżisti, is-solitudni mhix ġerħa f’ħajjet anzjani biss, iżda mifruxa fis-soċjetà fosthom f’żgħażagħ u tfal.

L-anzjani huma f’riskju ogħla li jispiċċaw jgħixu s-solitudni. Iħossuhom daqslikieku saru numru. Fl-akbar residenza għall-anzjani f’Malta, San Vinċenz de Paul, din ir-realtà teżisti sew.

Il-Kap Eżekuttiv – Residenza San Vinċenz de Paul, Josianne Cutajar qalet ”bħalissa f’San Vinċenz hemm mal-1,100 pazjent. Nafu biċ-ċar li hemm mal-120 li huma litteralment nies li m’għandhomx qraba u m’għandhomx nies li jiġu jżuruhom.”

Intervistata fil-programm DISSETT, il-Kap Eżekuttiv tar-residenza, Dr Josianne Cutajar, qalet li f’dawn il-każi l-amministrazzjoni u l-istaff jidħlu aktar biex jiżguraw li dawn l-anzjani ma jonqoshom xejn bħal fi bżonnijiet personali u jipparteċipaw fl-attivitajiet organizzati. Ikkwotat riċerka li turi li s-solitudni tista’ twassal għal mard fiżiku, iżżid ir-rata ta’ dimensja u twassal għall-mewt bikrija. F’dan l-isfond Dr Cutajar qalet li trid tara li s-soċjetà titratta s-solitudni daqslikieku qed titratta marda oħra: b’interventi ta’ prevenzjoni, kura u rijabilitazzjoni.

”Irid ikollok servizzi b’saħħithom biex tgħinhom joħorġu minnha kemm jista’ jkun. Mhux servizz li nibbażaw ruħna fuq li xi ħadd jiġi jżurna fil-Milied, ġablek cake u goodbye. Irid ikun hemm servizzi strutturati, b’nies ittrenjati li jintervjenu” qalet Dr Cutajar.

Għac-Chairman tas-Servizzi tas-Saħħa Mentali, Anton Grech, mill-esperjenza mal-klijenti, is-solitudni qed tiżdied fil-faxex kollha tas-soċjetà, inkluż fost iż-żgħażagħ.

“Meta ngħid qed tiżdied fis-sens li l-interaction reali, b’mod veru, u kif għandu jkun b’mod intensiv, qed jonqsu u naħseb li parti kbira minnha hi minħabba s-social media. Jiġifieri s-solitudni mhijiex illi jien m’iniex bin-nies madwari, imma li jien mentalment inħossni waħdi u dik tinbena maż-żmien, in-nuqqas tagħha. Mhux għax jien iltqajt ma’ xi ħadd u nitkellem miegħu jew għax tkellimna fuq il-futbol jew whatever, jiġifieri l-interaction kienet sinifikattiva” qal is-Sur Grech.

Wera l-fehma li biex ma tesperjenzax is-solitudni, hi meħtieġa komunikazzjoni ma’ nies li magħhom tħossok komdu tiftaħ qalbek u taqsam il-weġgħat, il-ferħ u l-ambizzjonijiet tal-ħajja. Dr Grech qal li fin-nuqqas tal-preżenza ta’ nies sinifikanti fil-ħajja tal-persuna, il-bniedem iħossu iżolat u jikber ir-riskju ta’ mard psikoloġiku u fiżiku.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Fis-sentejn li għamlu Malta, il-Franċiżi ħallew timbru li għadu magħna sal-lum. Ħames xhur wara li Malta saret membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija, komplew l-attivitajiet biex ifakkru l-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija, f’pajjiżi li…

Kronaka

Rumen ta’ 30 sena darab ġrieħi gravi wara li l-forklifter li kien riekeb fuqu nqaleb. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23:15 ġewwa t-Tarzna fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid. Il-forklifter kien misjuq…

Kronaka

Għall-ħabta tat-3am, karozza tat-tip Nissan Juke nqerdet bin-nar fi Triq Giuseppi Cali, Ta’ Xbiex. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post fejn tfew in-nar li ħakem lill-karozza. Fl-inċident, żewġ vetturi oħra…

Knisja Maltija

Fil-Konkatridral ta’ San Gwann, waqt Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr lil Alla f’għeluq il‑50 sena mill‑Ordinazzjoni Presbiterali ta’ Mons. Pawlu Cremona, l-Arċisqof sar jaf li miet ħuh. F’kelmtejn tal-bidu tal-Quddiesa, l-Arċisqof…

Aktar