Qorti
Wieħed minn żewġt irġiel ħati li stupra tfajla f’Pembroke

Raġel minn Burkina Faso nstab ħati li 3 snin ilu stupra tfajla Taljana f’Pembroke. Raġel ieħor min-Niġerja ma nstabx ħati ta’ din l-akkuża. Il-ġurati laħqu dan il-verdett wara sitt sigħat jiddeliberaw fi tmiem sebat ijiem jisimgħu x-xhieda fil-ġuri li sar b’bibien magħluqa. L-Imħallef Giovanni Grixti qed jippresjedi l-ġuri u mistenni jagħti s-sentenza għada.

Seydon Bandango minn Burkina Faso u Emmanuel Ngumezi min-Niġerja kienu akkużati li ħatfu lit-tfajla Taljana mill-bajja ta’ San Ġorġ f’Lulju tal-2016, daħluha f’karozza u stuprawha f’Pembroke.

Il-Pulizija kienu marru fuq il-post u fil-karozza sabu wieħed mill-akkużati għarwien minn qaddu ‘l isfel ħdejn il-vittma li kienet qed tibki għall-għajnuna. Ir-raġel l-ieħor kien barra l-karozza u ħarab malli ra l-pulizija u nqabad ftit wara.

Ara wkoll:

Jibda ġuri dwar stupru – jinstema’ bil-bibien magħluqa

FILMAT: jinżammu arrestati wara li ġew mixlija li ħatfu u stupraw Taljana f’Pembroke

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, appella lill-Gvern biex jgħin bi kwalunkwe mod possibbli biex itaffi xi ftit mill-piżijiet finanzjarji meħtieġa biex jitmexxa s-santwarju tal-Arka ta’ Noe fil-Mellieħa fejn…

Politika

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler, ikkonkluda li stqarrija li l-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici ħareġ, permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, ma kinitx tikser il-kodiċi ta’ etika. Il-Kummissarju Hyzler investiga ilment imressaq mill-Avukat…

Immigrazzjoni

Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet li l-Guardia Costiera Taljana m’għandhiex permess iddaħħal f’Malta 90 immigrant li ġew salvati dal-lejl. Il-Forzi Armati jisħqu li kienu qed isegwu s-sitwazzjoni tal-immigranti li…

Edukazzjoni

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, Charles Caruana Carabez, qal li se jinvestiga kemm hi kbira l-problema tan-nuqqas ta’ għalliema wara li fl-aħħar jiem uffiċjali fil-Ministeru għall-Edukazzjoni ndikaw li tista’ tinħareġ sejħa…

Aktar