Barranin, Kurżitajiet
Wikie, l-ewwel balena li tgħallmet ‘titkellem’

Filwaqt li ħlejjaq bħall-pappagalli huma magħrufa li jikkuppjaw il-kliem tan-nies, dan il-fenomenu huwa rari mmens fil-mammiferi.

Wikie fil-fatt hija l-ewwel mammiferu tal-baħar magħruf li rnexxielu jimita l-ħsejjes tan-nies. Wikie hija balena ta’ 16-il sena li tgħix f’park marin fi Franza.

Din il-‘killer whale’ tgħallmet tagħmel ħsejjes mill-‘blow hole’ tagħha li jixbhu l-kliem ‘hello’, ‘bye bye’, ‘Amy’ u ‘one, two, three’. Dawn huma kliem li kienet tisma’ mingħand it-trainer tagħha fil-park.

Sal-lum kien magħruf li dawn il-baleni fis-selvaġġ jgħixu fi gruppi u għandhom id-djaletti tagħhom. Baleni li jgħixu f’parks ġieli wkoll imitaw il-ħsejjes ta’ annimali oħra fil-park. Din iżda kienet l-ewwel darba li balena kkupjat ukoll il-ħsejjes tan-nies.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Virus qattiel li għad m’hemmx vaċċin kontrih qed jinfirex fl-Indja, u diġà qatel tliet persuni fl-istat ta’ Kerala. Sitta oħra huwa maħsub li wkoll mietu b’dan il-virus, li jġib l-isem…

Barranin

Il-Pulizija tal-Indja qalet li qabdet mara li kienet qed iġġorr xejn inqas minn 106 kapsuli bil-kokaina fl-istonku. Il-mara, li hija barranija, inqabdet bid-droga fl-ajruport ta’ Delhi. Intqal li l-mara ta’…

Barranin

F’Chieti, fl-Italja, raġel allegatament waddab lil martu mill-gallarija ta’ darhom u ftit tal-ħin wara gara lil bintu minn pont tal-awtostrada A14. It-traġedja seħħet ilbierah fejn, Fausto Filippone, għal raġunijiet mhux…

Barranin

Fil-Venezwela, il-President Nicolas Maduro ġie ri-elett bħala President għas-sitt snin li ġejjin fl-elezzjoni karatterizzata minn boycott mill-oppożizzjoni u allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet. F’pajjiż milqut minn kriżi ekonomika serja li qed tirriżulta…

Aktar