Lokali
Wirja annwali ta’ mudelli: vetturi klassiċi u rappreżentazzjoni tat-Tieni Gwerra Dinjija

Għall-20 sena konsekuttiva, is-soċjetà Die Cast and Scale Model, qed torganizza l-wirja annwali u magħha qed jingħaqdu għaqdiet oħra bil-wirjiet rispettivi tagħhom.

L-iżgħar membru għandu 11-il sena u l-aktar anzjan 81. Dawn huma fost il-50 membru tas-soċjetà Die Cast and Scale Model li qed jesebixxu l-kollezzjonijiet tagħhom fil-wirja annwali fit-Teatru tal-Komunità hdejn l-isptar Monte Carmeli f’Ħ’Attard.

Il-President tas-Soċjetà, Alan Saliba, qal li l-esebiti jinkludu minjaturi relatati mat-trasport li jvarjaw minn karozzi klassiċi, moderni u sportivi u ta ingenji tal-kostruzzjoni u tal-merkanzija.

“Qed naraw diversi kollezzjonijiet uniċi bħalma huma mudelli tal-karozzi tal-pulizija ta’ Malta u vetturi tat-tifi tan-nar ukoll. Għandna selezzjoni ta’ diversi dijorami li qatt ma ġew esebiti f’din il-wirja tagħna.”

Il-wirja tinkludi mudelli awtentiċi tal-karozzi tal-linja b’dettalji precizi tal-originali u tiehu lil vizitatur fi vjagg nostralgiku fl-irħula ta’ dari. Hemm saħansitra replika tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta u mudell ta’ ċirklu kif ukoll sezzjoni ta’ Steampunk Art, li hi forma ta’ arti li ġejja mill-fantaxjenza, li tgħaqqad t-teknoloġija mal-estetika biex toħloq prodott li jpaxxi l-għajn.

Għall-okkażjoni tal-20 anniversarju minn kemm ilha ssir din il-wirja, fi tmiem il-ġimgħa l-Malta Mini Owners Club, il-Battlefront Living History Group Malta u l-Malta Ford Owners Club se jingħaqdu mas-soċjetà Die Cast and Scale Models biex itellgħu il-wirjiet tagħhom ta’ vetturi klassiċi Mini, xeni drammatizzati tat-tieni gwerra dinjija u wirja statika ta’ vetturi Ford.

Il-wirja se tibqa’ miftuħa sal-Ħadd.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela wasal Kemmuna sab lil Salvu Vella jistennieh. Salvu kellu l-unur li jsuq u jieħu dawra lill-Prim Ministru madwar Kemmuna. Ara wkoll: Il-PM isuq għal…

Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi triqtu biex jiltaqa’ ma’ tliet residenti f’Kemmuna. Huwa u sejjer huwa ħa f’idu t-tmun tad-dgħajsa. Minn hemm huwa se jibqa’ sejjer Għawdex fejn se…

Lokali

B’aktar minn mitt sena ta’ ħidma fost it-tfal u ż-żgħażagħ, is-Salesjani ta’ Don Bosco inawguraw dar f’Raħal Ġdid li se tagħti saqaf lil tliet ġuvintur vulnerabbli. Waqt li jgħixu fid-dar,…

Enerġija

Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Aguis fi stqarrija irrefera għal ftehim bejn Malta u l-Estonja li bih il-Gvern ser iħallas għal trasferiment tal-istatistika biex l-Estonja tagħti parti mill-persentaġġ żejjed tal-enerġija nadifa…

Aktar