Kultura
Wirja b’uħud mit-tekniċi użati biex itellgħu mill-baħar affarijiet ta’ żmien il-Feniċi

Il-Feniċi – poplu mil-Lvant Nofsani li waqfu kolonja tagħhom f’Malta fl-ewwel millenju Qabel Kristu. Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda bbażata fuq il-kummerċ marittimu li firxet tul il-Baħar Mediterran u dan jistgħu jixduh il-fdalijiet ta’ xwieni f’qiegħ l-istess baħar b’waħda mill-eqdem sejbiet issir propju ‘l barra mix-Xlendi Għawdex.

Għal aktar minn għaxar snin, l-Università ta’ Malta, f’kollaborazzjoni ma’ numru ta’ msieħba, użat teknoloġiji avvanzati biex tistudja u tesplora waħda mill-aktar skoperti eċitanti arkeoloġiċi f’qiegħ il-Mediterran Ċentrali. Fl-2007, f’fond ta’ 110 metri, ‘il barra mix-Xlendi, Għawdex, instab xini ta’ żmien il-Feniċi. Din is-sejba ġibdet l-attenzjoni mid-dinja kollha peress li kienet tmur lura għall-ewwel parti tas-seklu 7 Qabel Kristu.

Professur Timmy Gambin minn Heritage Malta qal “hemm eżempju sabiħ ta’ parti mill-cargo ta’ dan ix-xini Feniċu, kemm fuħħar kbir, kemm fuħar lokali u anke fuħħar importat minn barra u anke l-grinding stones famużi mill-gżira ta’ Pantellerija”.

Din is-sejba hija waħda mill-eqdem s’issa f’dan ir-reġjun.

“Dan huwa wieħed minn seba’ sejbiet Feniċi biss li hawn fil-Mediterran u hu dak li hu l-iżjed wieħed ben preservat. Għandna idea tajba ta’ x’kienu jagħmlu l-Feniċi imma qatt ma kellna x-xorti naraw kif il-Feniċi kieu jgħabbu l-affarijiet, kif kienu jitrasportaw u x’kienu jittrasportaw eżatt” qal Professur Timmy Gambin.

Fis-sala tal-esebizzjonijiet fl-uffiċju reġjonali ta’ Heritage Malta fiċ-Ċittadella, qed tittella’ wirja ta’ wħud mit-tekniċi innovattivi użati biex itellgħu l-esebiti mill-baħar, kif ukoll stejjer tal-kummerċ, skambji, produzzjoni u konsum li sar dak iż-żmien fil-Mediterran.

Anton Refalo, iċ-Ċerman ta’ Heritage Malta qal li dawn is-sejbiet juru b’mod ċar li Għawdex dejjem kien ċentru mrittimu fejn kien hemm negozju bejn Malta u Għawdex u mal-pajjiżi ta madwaru.

Anton Refalo qal “l-istudji u riċerki li qed isiru, anke bl-għajnuna tal-Università ta’ Malta, huma studji importanti li bdew fl-2006 u fl-2014 saret l-iktar skoperta importanti fejn ittellgħu wħud minn dawn l-amfori kif ukoll sar survey 3D u minn hemmhekk stajna naraw kemm hi importanti din l-iskoperta, mhux biss għal Malta imma ukoll għall Ewropa u għad-dinja”.

Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana qalet li l-esebiti żgur jistabilixxu lill-Għawdex, mhux biss fuq il-mappa kulturali Mediterranju imma ukoll fuq livell mondjali.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Fl-arkivju notarali fil-Belt ġew konservati bi proċess ta’ restawr id-dokumenti li fihom il-kuntatt tal-għoti tal-George Cross lil Malta f’eżerċizzju li fih ikkollaboraw tliet entitajiet. Il-kuntratt u l-atti notarili tal-għoti tal-George…

Lokali

Messaġġi miżbugħa fuq propjetajiet pubbliċi u privati qed iqajmu tħassib dwar il-mottiv tagħhom. Waqt li xi rapporti qalu li dawn saru mis-Serbi, TVM Malta stħarreġ dwar dawn il-graffiti u l-lingwaġġ…

Politika

Il-Professur Arnold Cassola fi stqarrija qal li mhuwiex xogħol l-Alternattiva Demokratika li tqajjem is-suġġett dwar dibattitu rispettuż dwar l-abort. Cassola qal dan fl-isfond tal-filmat li xandret il-kandidat għall-MEP tal-AD, Mina Tolu,…

Kunsilli Lokali

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li l-Partit Laburista għandu jkollu kwart tal-kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li jkunu żgħażagħ. Fit-tnedija tal-kampanja START tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Dr Muscat…

Aktar