Kultura
Wirja fil-Parlament bit-tema ‘Jiddefendu l-Libertajiet Tagħna’

Bit-tema ‘Jiddefendu l-Libertajiet Tagħna’, il-bini tal-Parlament qed jilqa’ wirja fotografika biex tfakkar it-30 anniversarju tal-Premju Sakharov.

Wirja fotografika li qed issir fil-Parlament tixħet dawl fuq erba’ esponenti ewlenin favur id-drittijiet tal-bniedem fl-Etjopja, it-Tuneżija, fil-Kambodja u ħajjet ir-refuġjati fil-Gwerra tal-Balkani fl-1992.

Kull attivist huwa ppreżentat mil-lenti ta’ fotografu tal-aġenzija ta’ fama internazzjonali Magnum Photos ta’ Londra, Pariġi u New York, bil-wirja tipprovdi vjaġġ li jdaħħal lil dak li jkun fil-ħajja ta’ kuljum ta’ dawn l-eroj.

Il-wirja ‘Jiddefendu l-Libertajiet Tagħna’, inawgurata mid-Deputat Speaker Claudette Buttigieg, tfakkar it-30 sena tal-Premju Sakharov. Din is-sena, l-premju ntrebaħ minn Oleg Sentsov, li huwa direttur tal-films mill-Urkaina li spicca mitfugh l-ħabs mill-qawwiet ta’ okkupazzjoni Russi fil-Krimea.

Il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb jingħata kull sena mill-Parlament Ewropew lil individwi u organizzazzjonijiet għall-kontribut partikulari taghhom favur id-drittijiet tal-bniedem. Ir-Russu Sakharov li miet fl-1989 kien xjentist kbir li qanqal kuxjenza dwar il-perikli tal-armi tal-qerda tal-massa.

Il-wirja fil-Parlament tibqa’ miftuħa sas-26 ta’ Novembru.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Kap tal-Moviment Patrijotti Maltin Henry Battistino qal li wara li ħareġ ir-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew se jirriżenja. Fuq Facebook huwa kiteb li l-Partit li jħobb kellu disfatta u għalhekk se…

Lokali

Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima tal-Propjetà Intellettwali nterċettaw container fil-Freeport li kien qed iġorr 26,688 qalziet tal-jeans ta’ ditta rinomata li però rriżultaw li kienu kontrafatti (foloz). Fi stqarrija maħruġa mid-Dwana ntqal…

Mużika

Il-grupp mużikali Meadow Strings ħareġ kanzunetta ġdida Alive. Meadow Strings huwa kompost minn Magdalene Farrugia u Mario Camileri. Fil-kanzunetta tagħhom, Alive huma japprezzaw is-sbuħija u l-importanza tal-ambjent. Miġbud qal is-siġar tal-Buskett…

Kronaka

Raġel ta’ 60 sena ndarab gravi wara li laqtitu l-karozza malli niżel minnha. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45am fi Triq ix-Xatt, il-Kalkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ…

Aktar