Lokali
Wirja li żżewwaq il-moda mat-teknoloġija

Wirja tal-moda żewwqet l-elementi kreattivi tad-disinji tal-ħwejjeġ mat-teknoloġija. F’dan is-servizz niltaqgħu ma’ Missin Tech li hija għaqda volontarja li taħdem biex tindirizza l-isterjotipi assoċjati mas-sessi li jeżistu fid-dinja tat-teknoloġija tal-informatika.

L-attività Dresscode: the untold science of a fashion show saret mill-organizzazzjoni MissinTech b’kollaborazzjoni mal-Microsoft Innovation Centre u l-MCAST.

L-għan tal-attività, kif spjegat Vanessa Vella waħda mill-fundaturi tal-għaqda Missin Tech, hi li tkattar kuxjenza dwar kif il-moda u l-elementi tagħha bħall-fotografija u d-disinn jingħaqdu flimkien. Hi qalet li l-innovazzjoni u l-kreattività li huma tant sinonimi mal-moda jaqblu ma’ dak li jintuża fit-teknoloġija.

Vanessa Vella qalet li “fl-aħħar mill-aħħar fashion show ma jistax jittella’ mingħajr ma jkun hemm dawn l-elementi żgħar tal-IT, li jinkorporaw kollox pereżempju ħafna mid-designers jużaw xi software biex jagħmlu dawn il-creative designs tagħhom”.

Maria Cutajar kienet waħda mid-disinjaturi, b’dak li ħolqot juri l-passjoni li għandha għat-teknoloġija u l-moda. Hi spjegat li l-avvanzi fit-teknoloġija qed ikunu element kruċjali fil-mod kif qed tevolvi l-istorja tal-moda.

“L-għajnuna ta’ programmi oħra biex tikkreja l-ispirazzjoni, billi ssib stampi, using photography and from photography you can create the print by using special programmes” qalet Maria Cutajar.

Il-Membru Parlamentari Rosanne Cutajar qalet li huma biss 10% tal-istudenti f’Malta li jkomplu bl-istudji tagħhom fix-xjenza u t-teknoloġija fil-livell post-sekondarju.

Qalet li biex ikun hemm żieda fir-riżorsi umani speċjalizzati f’dawn is-suġġetti, għandu jkun hemm aktar għalliema mħarrġa fil-mod kif jużaw it-teknoloġija fil-klassijiet waqt il-proċess edukattiv tal-istudenti.

Żiedet tgħid li attivitajiet bħal dawn jikkontribwixxu għat-tkattir tal-ekonomija kreattiva.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar