Lokali
Wirja spettakolari tiftaħ l-ewwel Live Show ta’ ‘X Factor Malta’

Ilwien ta’ kull xorta, dwal li jpaxxu l-għajn, u sala mimlija daqs bajda.

Għadd ta’ żeffiena qasmu l-palk mat-tnax-il kantant li għamluha għall-Live Shows ta’ ‘X Factor Malta’, u lkoll taw bidu għall-ewwel serata fuq in-noti tal-kanzunetta “Born This Way” ta’ Lady Gaga.

L-MFCC jinsab ippakkjat sa ruħ ommu bin-nies, waqt li m’hemmx dubju li l-adrenalina tinsab fl-aqwa tagħha għall-kantanti li rnexxielhom jagħmluha mill-Auditions s’hawn.

U, l-għażla llejla hija f’idejk, hekk kif it-televoting ser ikun qed jiddetermina liem parteċipant mhux ser ikun qed jagħmilha għat-tieni Live Show tal-Ħadd li ġej. Imbagħad, lejn l-aħħar tas-serata, iż-żewġ kantanti bl-anqas ammont ta’ voti mistennija jkantaw kontra xulxin, u l-ġurija f’dan l-istadju ser tkun qed telimina lil wieħed minnhom.

Intant, dawn huma n-numri tat-televoting skont il-kantant/a:

Jasmine – 50614401

Kyle – 50614402

Yazmin & James – 50614403

Celine – 50614404

Justine – 50614405

Ed – 50614406

F.A.I.T.H – 50614407

Karl – 50614407

Dav. Jr – 50614409

Paul Anthony – 50614410

Bloodline – 50614411

Destiny – 50614412

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar