Annimali
Wirja ta’ 500 għasfur li ġew minn pajjiżi barranin

L-Assoċjazzjoni Exotic Finch Malta qed tagħti opportunità oħra lill-pubblika japprezza l-ġmiel ta’ 500 għasfur li minkejja li l-oriġini tagħhom hija barranija tfaqqsu f’Malta wara ħafna studju u esperementazzjoni. Il-wirja li tinsab fi Project House fil-Furjana ser tkun miftuħa fil-jumejn li ġejjin.

Aktar minn 500 għasfur magħrufa Exotic Finches fl-aħħar jiem kienu taħt il-lenti ta’ ġurija internazzjonali li qiset kull dettall biex tagħżel l-aktar wieħed perfett minnhom wara li rat diversi kriterji. L-għasafar huma tal-Membri tal-Malta Exotic Finch Association li ta’ kull sena ġġib esperti barranin biex tgħallem il-madwar 60 membru tagħha jżidu l-professjonalità tagħhom fil-ħolqien ta’ għasafar b’kuluri u disinji differenti.

Dawn l-għasafar inġiebu minn diversi pajjiżi u wara ħafna esperimentazzjoni nħolqu kuluri differenti.

Il-wirja mtella’ mill-Malta Exotic Finch Association tinsab fi Project House fil-Furjana li qiegħda viċin id-Depot tal-Pulizija. Il-wirja ser tkun miftuħa sal-Ħadd waranofsinhar.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

F’Għawdex tnieda servizz ta’ emerġenza ġdid għall-pubbliku li se jopera wara l-ħinijiet tal-uffiċċju, fi tmiem il-ġimgħa kif ukoll fil-btajjel pubbliċi. Dan is-servizz, li beda fuq inizjattiva tal-fergħa Għawdxija tal-Fondazzjoni għal…

Annimali

F’dan iż-żmien tas-sena ħafna jsibu ħin biex jagħmlu atti ta’ imħabba jew solidarjetà mal-oħrajn. Artista Franċiża li tgħix Malta ddeċidiet li ttella’ wirja b’pitturi biex bil-flus li tiġbor mill-bejgħ tagħhom,…

Mużika

Il-kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida se jżomm mat-tradizzjoni u jsir fl-Epifanija fis-6 ta’ Jannar f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi l-Belt. Il-kunċert b’kollaborazzjoni ma’ Festival Malta u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jsir b’risq…

Aktar