Kultura
Wirja ta’ immaġinazzjoni kollettiva fi Spazju Kreattiv

Għat-tmint’ ijiem li ġejjin, żewġ artisti qed jesebixxu fi Spazju Kreattiv installazzjonijiet li bihom jistħarrġu r-rabtiet bejn kunċetti astratti u kif dawn qed ikunu riflessi fil-mod kif tinħema l-immaġinazzjoni kollettiva u universali.

“Collective Imagination” hija esebizzjoni fi Spazju Kreattiv li tesplora s-simboli, l-memorji u d-drawwiet universali u l-mod kif l-informazzjoni hija evalwata minn dawk li jassorbuha.

Stallazzjonijiet tal-multimedia ta’ żewġ artisti: l-Amerikana Chellcy Reitsma u l-Finlandiża Merja Brinon, għandhom l-għan li jistħarrġu l-kollaborazzjonijiet u l-konnessjonijiet li qed jitnebbħu b’mod awtomatiku permezz tat-teknoloġija u għodda oħrajn.

”We realized how similiar we thought and how similiar our artworks are… so we decided to do the collective imagination exhibition.”

Chellcy qalet li d-dinja kontemporanja għandha impatt fuq il-mod kif jiffunzjona l-moħħ, kemm fuq livell individwali u anki b’mod kollettiv. Tistieden lil dawk li jżuru l-esebizzjoni biex jikkontribwixxu attivament lejn it-tisħiħ tal-vjaġġ kreattiv li huwa wkoll universali.

”Its kind of like a dialogue between myself and the viewer even though I can’t be present at the gallery all the time… and some of the other pieces… everything is tangible evidence of collective imagination.”

Chellcy tesplora wkoll il-formazzjonijiet ġeografiċi li jispikkaw permezz tal-kaldeloskopju f’sensiela ta’ xbihat li għandhom iġeddu l-memorji tat-tfulija meta l-perċezzjonijiet tad-dinja ta’ madwarna kienu innoċenti u kreattivi, mingħajr s-sogħba u n-niket li jimmaterjalizzaw matul is-snin.

Tesplora wkoll l-kunċetti assoċjati ma’ prattiċi, tradizzjonijiet u drawwiet li għandhom l-għeruq tagħhom fl-imgħoddi u l-mod kif jirrappreżentaw l-katina fl-istadji tal-ħajja: mit-twelid sal-mewt u l-mod kif jgħaqqdu sensiela ta’ possibiltajiet infiniti li madankollu huma determinati mid-dinja immedjata ta’ madwarna.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Tlesta proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf fil-Kappella dedikata lill-konversjoni ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara. Din kienet saret mill-artist Ġużeppi Briffa waqt li r-restawr sar mill-kumpanija Atelier Del Restauro. Ir-restawr…

Qorti

Dr Manfred Galdes li kien Kap Eżekuttiv tal-FIAU, qal li n-nuqqas ta’ riżorsi fit-taqsima tal-Pulizija dwar ir-reati ekonomiċi kienet qed tagħmel ix-xogħol tal-FIAU inutli. Spjega li r-rapporti li l-FIAU kienet…

Saħħa

Fiċ-Ċina, tliet persuni mietu u iżjed minn 200 oħra jinsabu morda, wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ novel coronavirus. F’kummenti lil TVM, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci,…

Kronaka

Raġel ta’ 22 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fi Vjal Sir Paul Boffa, f’Raħal Ġdid għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar. Il-Pulizija qalet li l-ġuvni, li jgħix Ħ’Attard, kien qiegħed isuq il-mutur tat-tip…

Aktar