Kultura
Wirja ta’ karozzi, ajruplani u vapuri fil-Birgu

Aktar minn 500 mudell, xogħol membri ta’ waħda mill-għaqdiet lokali tal-mudelli, qed ikunu esebiti fil-Mużew Marittimu fil-Birgu. Il-wirja se tkun miftuħa għall-aħħar ġunrata, għada, jum ta’ btala pubblika.

Mijiet ta’ mudelli fosthom karozzi ta’ kull għamla, bastimenti, muturi, ajruplani u tankijiet militari, figurini u ħelikopters jinsabu esebiti f’wirja tas-Society of Scale Modellers IPMS Malta. Il-mudelli huma frott riċerka dettaljata mid-dilettanti.

Paul Salamone, President IPMS Malta qal “qisek qed tara l-oġġett reali imma fiċ-ċokon għax aħna apparti milli nibnu l-mudell nirriċerkaw fuqu u nidħlu f’dettall”.

Is-Soċjetà għażlet li waħda mill-imwejjed li fuqha hemm esposti l-mudelli tkun kompetittiva, bil-ġurija jkunu l-membri tal-pubbliku.

Paul Salamone qal “rajna daqsxjen il-ħtieġa biex inqajmu interess għal dawk il-membri li ma jsifrux barra u jikkompetu barra u anke ndaħħlu daqsxejn l-interess tal-pubbliku ġenerali wkoll u ħloqna dik li ngħidulha l-visitor’s choice award li hija speċi ta’ kompetizzjoni, però jkun il-pubbliku li jiġġudika.”

Is-Sur Salamone qal li s-soċjetà hi miftuħa għall-membri ġodda biex dan id-delizzju jkompli jikber. Spjega li l-membri tas-soċjetà ta’ spiss isiefru barra l-pajjiż fosthom fl-Ingilterra, l-Olanda u anke l-Amerika fejn jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet internazzjonali. Kull sena l-mudelli tad-delettanti Maltin ikunu rikonuxxuti mill-ġurija internazzjonali tant li ta’ spiss jirbħu medalji tal-deheb. Il-wirja li tinsab fil-Mużew Marittimu fil-Birgu ser tkun miftuħa t-Tlieta matul il-ġurnata kollha.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Brexit

Wara dibattitu f’sessjoni straordinarja fil-House of Commons, il-membri parlamentari ivvutaw favur mozzjoni li tobbliga lill-Prim Ministru biex jitlob estensjoni mill-Unjoni Ewropea għal Brexit. Dan sakemm il-ftehim għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jiġi…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar