Lokali
Wirja ta’ muturi storiċi f’Ta’ Qali

Fi tmiem din il-ġimgħa, mal-esebiti fil-Mużew tal-Avjazzjoni f’Ta’ Qali żdiedu sittin mutur.

Il-klabb tal-Muturi Storiċi qed ifakkar It-tletin sena tiegħu b’wirja ta’ muturi antiki, klassiċi u militari fil-Mużew tal-Avjazzjoni f’Ta’ Qali.

Il-wirja hi mixja mal-manifattura tal-muturi: mill-eqdem li jmorru lura għall-1903 u l-1925 sa muturi tal-1974, li lkoll huma klassifikati bħala muturi vintage.

L-uffiċjal tal-klabb, Stephen Zerafa, qal li l-kollezzjoni tkopri storja ta’ ħamsin sena ta’ muturi u hi ta’ interess ukoll għall-istorja tat-trasport f’Malta.

“L-ewwel fil-bidu nett il-muturi kienu novità, xi ħaġa kurjuża li kien jaffordja s-sinjur imbagħad bil-mod il-mod iżjed ma bdew jiżdiedu fil-popolarità bdew jintużaw bħala trasport utilitarju biex dak li jkun imur għax xogħol allura qisek għandek żewġ friegħ fl-istorja.”

Is-Sur Zerafa qal li l-wirja qed issir fil-mużew tal-Avjazzjoni minħabba r-rabta bejn l-ajruplani u l-muturi.

”L-għamla taa’ ajruplan u ta’ mutur fil-fatt hemm min jgħid li meta ssuq mutur qisek kważi qed ittir allura għandek l-iżvilupp tal-ajruplani in tandem mal-iżvilupp tat-teknoloġija tal-ajruplani.”

Il-wirja tkun miftuħa għall-pubbliku l-Ħadd. Il-klabb tal-Muturi Storiċi għandu 60 membru li bejniethom għandhom mal-400 mutur.

Aħbarijiet Oħra
Xogħol

Fl-aħħar tliet snin, aktar minn 8,100 persuna jew werrieta tagħhom ħadu bejniethom aktar minn 44 miljun ewro f’kumpens finanzjarju li jagħmel tajjeb għal anomaliji li kellhom meta kienu għadhom jaħdmu….

Statistika

In-nefqa fuq il-protezzjoni soċjali f’Malta tilħaq 16% tal-Prodott Domestiku Gross, kważi 12% inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea. In-nefqa ta’ Malta f’dan il-qasam hija fost is-sitt pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jonqfu lanqas…

Kronaka

Il-familja Caruana Galizia qalet fi stqarrija li l-Prim Ministru m’għandux ikollu x’jaqsam xejn fl-investigazzjoni u għadu jibqa’ ‘l bogħod minnha. Il-familja Caruana Galizia sejħet l-arrest ta’ Yorgen Fenech bħala żvilupp…

Qorti

Robert Attila Majlat u Attilane Majlat magħrufa aħjar bħala Aniko, it-tnejn li huma mill-Ungerija, laqqtu 24 sena ħabs bejniethom wara li nstabu ħatja li ttraffikaw nisa mill-istess pajjiż għall-prostituzzjoni. Fil-Qorti nstema’…

Aktar