Kultura
Wirja ta’ pitturi dwar temi soċjali

L-artist Ray Piscopo se jesebixxi xogħlijiet tiegħu din il-ġimgħa fil-Ħamrun. Bi stil partikulari tiegħu, l-artist tratta diversi temi soċjali li fl-aħħar snin ħassbuh ħafna.

Wara karriera fid-dinja tax-xogħol l-Inġinier Ray Piscopo sab aktar ħin x’jiddedika biex ikompli jiżviluppa t-talent fil-pittura. Din id-darba għall-esebizzjoni tiegħu l-artist għażel temi soċjali li fl-aħħar snin ħakmu l-kuxjenza tiegħu u ħolqu fih preokkupazzjoni kbira bit-tama li tinstab soluzzjoni mhux biss fuq livell nazzjonali iżda anke internazzjonali. Il-kwadri fl-esebizzjoni jitrattaw il-vjolenza domestika, l-immigrazzjoni, persuni li ma għandhomx saqaf fuq rashom u b’hekk jispiċċaw jorqdu barra, il-mewt ta’ persuni għeżież, il-gwerra u anke l-pjaga lit-tfal flok jistudjaw jingħataw xogħol ta’ produzzjoni. Jitrattaw ukoll il-faqar u l-konsegwenzi li jirriżultaw minn deċiżjonijiet ħżiena tal-bniedem.

Minkejja li Piscopo fil-kwadri tiegħu jesponi n-negattiv li taf toffri l-ħajja fil-kwadri tiegħu joħloq ukoll tama għax juri li hemm dawl li wieħed jista’ ifittex u meta jimxi warajh jirnexxielu jegħleb il-problemi u d-diffikultajiet tal-ħajja.

Il-pittura magħmula mill-acrylic u ż-żejt hija komposta minn kuluri qawwija iżda mingħajr defenizzjoni preċiża. Dan l-istil pjuttost uniku joħloq sensazzjoni astratta mħallta mar-realiżmu fejn il-persuna umana tidher qed tbati l-konsegwenzi taċ-ċirkustanzi li ssib ruħha fihom għax bħal donnu ma tistax tbiddel id-destin tagħha.

Il-wirja ser tkun miftuħa l-Ħamis u l-Ġimgħa filgħaxija u s-Sibt filgħodu f’Dar Qalb ta’ Ġesù fil-Ħamrun.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….

Lokali

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…

Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Aktar