Lokali
Wirja ta’ siġar biex jitkattar l-għarfien dwar il-kultivazzjoni tas-siġar tal-bonsai

Il-membri tal-Għaqda Bonsai permezz ta’ wirja ta’ siġar qed ikomplu ikattru l-għarfien dwar it-teknika ta’ din l-arti Ġappuniża.

Il-President tal-Bonsai Culture Group Dr Alfred Grech qal hemm il-ħtieġa ta’ ċertu teknika biex wieħed jikkultiva s-siġar tal-bonsai.

“B’ċertu teknika, biż-żbir tal-għeruq u tal-faxxina, iżżomm ċertu stil li jagħtik impressjoni li issa qed tikber fis-salvaġġ. Dik l-importanti, hemm diversi teknika fejn ġieli nħalluhom jikbru u naqtagħhom lura u ġieli nużaw il-wire biex niddixxiplinaw il-friegħi fid-direzzjoni li jridu”.

Dr Grech qal kontra kif ħafna jaħsbu s-siġar tal-bonsai ma għandhomx jitħallew ġewwa. “Mhumiex indoor plants għax din hija misconception għax jaħsbu li dawn tista’ tħallihom ġewwa u jgħixulek. Hemm ċertu siġar li jgħixu bħal focus imma bħal din kulma tista’ ddaħħalha xi jumejn biex tgawdija iżda trid terġa’ tmur għax-xemx”.

Dr Grech qal li hemm diversi tipi ta’ siġar li jistgħu jitkabbru bħala bonsai.

“Il-buganvilla, iż-żebbuġ, il-ficus, it-tina normali , ir-rummien, il-ħarrub, għandna speċi li jaddattaw bħaċ-Chinese elm , l-ulmu, ġuniperz, ġinepri u issa daħlet invoka ċ-ċipress”.

Il-Bonsai Culture Group għandu madwar 60 membru. Waqt li  fl-aħħar jumejn organizza wirja li fiha nġabru fondi għal proġetti ta’ Puttinu Care li jaħdem mal-pazjenti Maltin l-aktar fl-Ingilterra.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Attwalment għaddej ix-xogħol fuq it-twaqqif tal-ħames taqsima tal-kura intensiva bħala parti mill-pjan ta’ kontinġenza li l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin ħejjew b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19. Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa…

Lokali

Il-Wasteserv fi stqarrija qalet li l-ħaddiema tagħha li jaħdmu f’Tal-Kus obbligati jilbsu lbies protettiv. Dan qalitu fid-dawl tal-allegat ilmenti min-naħa tal-ħaddiema tal-Wastserv li rċevew xi ġurnalisti fir-rigward ta’ nuqqas ta’…

COVID-19

Is-Supertendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħmlu t-testijiet li jikkonfermaw jekk persuna fiqitx jew le mill-Covid-19, skont il-protokoll. Mistoqsija mill-ġurnalisti għalfejn għadhom ikkonfermati mfejqa biss…

COVID-19

Ġew ikkonfermati 11-il każ ta’ Covid-19 f’Malta, biex issa t-total ta’ każijiet f’Malta tela’ għal 213. Waqt konferenza stampa, is-Supertendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li lbieraħ saru 659 swabs,…

Aktar