Kultura
Wirja tal-arti spirata mis-silenzju u s-solitudni

Esebizzjoni li żżewwaq il-figurattiv mas-surreali, il-pitturi ta’ Alfie Gatt jinstigaw u jnebbħu l-kilba għal dak li huwa naturali. “Love Letter” hija kollezzjoni ta’ xogħlijiet artistiċi mimlija immaġinazzjoni.

Alfie Gatt huwa pittur żagħżugħ li jispira ruħu mis-silenzju u s-solitudni. Jistqarr li x-xogħlijiet artistiċi tiegħu huma mnebbħa minn sens ta’ surrealliżmu li jqarreb lejn il-ħolm.

“Love Letter” hija esebizzjoni li qed tittella’ f’gallarija tal-arti fil-Belt, b’għadd ta’ xbihat jikkomunikaw firxa ta’ emozzjonijiet umani, minn espressjonijiet plaċidi għall-vivaċità ta’ memorji li jqanqlu n-nostalġija.

L-artist qal li x-xeni jikkomunikaw id-distakk bejn il-ġisem u l-moħħ; u l-kuntrast bejn il-limitazzjonijiet u l-immaġinazzjoni.

Alfie Gatt qal “xtaqt noħloq dan l-effett ta’ stil ta’ transazzjoni bejn il-moħħ u l-ġisem, il ġisem li jinstab preżenti u l-moħħ li jkun qiegħed xi mkien ieħor, fl-immaġinazzjonijiet u anki fi ħsibijiet nostalġiċi.”

Alfie jgħid li fattur kruċjali li kkontribwixxa għall-osservazzjonijiet personali tiegħu hija t-teknoloġija u kif il-kultura tal-internet qed tħalli l-marka tagħha fuq l-kwalità ta’ ħajja għall-iskapitu tan-natura.

Qal li huwa għal dan l-għan li l-kollezzjoni ta’ xogħlijiet artistiċi hija msejsa fuq elementi li jispikkaw meta r-raġel u l-mara jkunu fl-aktar stat naturali tagħhom u kif dawn jikkuntrastaw mal-artifiċjalità.

“Love Letter” se tkun għall-wiri sas-17 ta’ Novembru.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….

Lokali

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…

Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Aktar