Barranin
“Wisq kerha biex tiġi stuprata” – deċiżjoni ta’ qorti Taljana

Il-Qorti ta’ Ancona qatgħet sentenza kontra vittma ta’ stupru wara li ddeċidiet li l-mara kienet wisq kerha biex din ġiet stuprata.

Il-każ li ġie rrappurtat f’diversi ġurnali Taljani, jirrakkonta kif mara Peruvjana ta’ 22 sena ġiet stuprata minn żewġt irġiel u li l-każ tagħha mhux wieħed kredibbli għaliex, skont il-Qorti, kellha fattizzi wisq maskili.

Il-mara, li kienet fi stabbiliment ta’ divertiment ma’ żewġt irġiel, ġarrbet ġrieħi serji tant li kellha bżonn intervent kirurġiku filwaqt li nstab li  ġiet iddrugata mingħajr ma taf bis-sustanza benzodiazepine, li hija magħrufa bħala ‘date-rape drug’.

Il-Qorti, li kienet ippreseduta minn 3 imħallfin nisa, qed taffaċċa kritika qawwija.

Il-każ reġa’ nfetaħ mill-ogħla Qrati Taljani u qed jiġi investigat wara li d-deċiżjoni meħuda mill-imħallfin ta’ Ancona ġiet meqjusa bħala waħda inġusta u assurda.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Aktar