Barranin
Wissewh li jekk ma jonqosx jitkeċċa mill-korp

Fl-Indja, kuntistabbli ġie mwissi li jekk mhux se jitlef il-piż kien se jispiċċa mkeċċi mill-korp.

Il-Kap ta’ Karnataka State Reserve Police (KSRP), Bhaskar Rao, qal li jinsab imħasseb bin-numru ta’ uffiċjali qawwijin li kull ma jmur qed jiżdiedu.

Bhaskar Rao qal li ddeċieda jieħu tali deċiżjoni wara li ‘l fuq minn 100 uffiċjal tilfu ħajjithom kawża tal-istil ta’ ħajja u dieta mhux bilanċjata.

Huwa qal ukoll li dawn l-uffiċjali se jingħataw l-għajnuna kollha meħtieġa biex ibiddlu l-istil ta’ ħajja u d-dieta.

Il-KSRP, li jħaddem madwar 14,000 persuna, jipprovdi s-servizz ta’ sigurtà f’avvenimenti kbar u f’sitwazzjonijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni immedjata biex tiġi kkontrollata l-vjolenza.

Xi uffiċjali tal-KSRP ingħataw l-ordni biex jidentifikaw dawk l-uffiċjali b’piż qawwi biex tibda tingħatalhom l-għajnuna meħtieġa biex jitilfu l-piż.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Imħallef f’Pennsylvania kkundanna lill-attur Bill Cosby għal tlieta sa għaxar snin ħabs għal attakk sesswali. Cosby ta’ 81 sena ġie kklassifikat bħala predatur sesswali u vjolenti u dan ifisser li…

Barranin

Dan huwa l-mument meta ħaddiema tas-salvataġġ marru jeħilsu lil mara li spiċċat fil-periklu li taqa’ fix-xmara Thames wara li salvat lill-kelb tagħha mill-għarqa. Il-mara kienet qed iżżomm ma’ sellum li…

Reliġjon

Il-Papa Franġisku wasal fil-kapitali tal-Estonja, Tallin, fl-aħħar ġurnata tat-tour tiegħu fil-pajjiżi Baltiċi. Huwa kien milqugħ fl-ajruport mill-President Estonjan Kersti Kaljulaid. Minbarra laqgħat ma’ uffiċjali tal-gvern u anke kkonċelebra Quddiesa, il-Papa…

Kurżitajiet

Illejla tista’ terġa’ tidħol biċ-ċans li tkun rebbieħ ta’ €138 miljun jekk tieħu sehem fil-lotterija EuroMillions Superdraw.  Dan hekk kif nhar il-Ġimgħa ma kien hemm ħadd li ħareġ rebbieħ tal-jackpot….

Aktar