Barranin
World Cup 2018: Tħassib u biża’ għall-partitarji Ingliżi

Jikber it-tħassib u l-biża’ għas-sigurtà tal-partitarji tat-tim tal-Ingilterra li ser jattendu l-logħob tal-World Cup fir-Russja wara li l-gvern Ingliż ma assigura xejn.

Il-kumitat tal-Affarijiet Barranin Ingliż esprima tħassib kbir wara li 23 diplomatiċi Ingliżi, inklużi persuni li kienu qed jippreparaw għall-kompetizzjoni sportiva tal-World Cup, tkeċċew mir-Russja wara l-avvelenament li sar f’Salisbury.

Madwar 10,000 supporter mir-Renju Unit huma mistennija jattendu l-logħob tal-World Cup iżda għad hemm tensjoni kbira wara li l-ex spija Russu Sergei Skripal u bintu Yulia Skripal ġew avvelenati.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi.  U hekk ġara fix-xtajta Spanjoli ta’ Andalusija.  Iżda l-kurrenti ġabu magħhom invazjoni ta’ bram kif jidher fil-filmat li spiċċa viral fuq Facebook.  Il-bram inġemgħu fix-xtajta l-iktar…

Barranin

L-Istati Uniti toħroġ mill-Kunsill tan-Nazzjonijiet Magħquda għad-Drittijiet tal-Bniedem. Skont il-mibgħut tal-Istati Uniti għan-Nazzjonijiet Magħquda, il-Kunsill hu ipokrita, li jservi lilu nnifsu u ma jħarisx id-drittijiet tal-bniedem. Is-sena l-oħra hija indikat…

Barranin, Kurżitajiet

Wara logħba emozzjonanti tat-Tazza tad-Dinja bejn il-Ġappun u l-Kolumbja, l-istands fejn kien hemm il-partitarji taż-żewġ naħat, kif jiġri f’kull partita, ikunu mimlijin skart. Iżda l-partitarji Ġappuniżi wara r-rebħa tat-tim nazzjonali…

Barranin

Il-Parlament Kanadiż ivvota favur liġi li tillegalizza l-użu tal-kannabis rikreazzjonali.   Il-liġi tal-kannabis għaddiet b’52 vot favur u 29 kontra mis-Senat. Il-liġi tikkontrolla u tirregola t-tkabbir, it-tqassim u l-bejgħ ta’ din…

Aktar